jesusandmary

 

ID-DELL LI JFEJJAQ
 
Fid-dinja kien hawn ragel li tant kien tajjeb li anke l-angli kienu mistghagba ghat-tjubija tieghu. Kull min kien jiltaqgha mieghu kien jedifika ruhu. Izda ir-ragel qatt ma induna b’dan.
 X’kienet ir-ricetta ta’ din it-tjubija? Semplici. Qatt ma haseb hazin f’hadd, malajr kien jinsa l-azzjonijiet hziena li kien jircievi u kien jara lil kullhadd dejjem f’perspettiva tajba.
 Darba anglu t’Alla deherlu u qallu li Alla ried ihallsu ghal din it-tjubija.
 “Tridx id-don tal-fejqan?” staqsieh l-anglu.
“Le, ghax hu Alla biss li jfejjaq,” wiegbu r-ragel.
“Tridx, allura id-don li tikkonverti lil midimbin bil-kelma qawwija tieghek?” rega mill-gdid staqsieh l-anglu.
“Le le. Li il-qlub tal-bnedmin anke ta’ dawk l-aktar iebsa jitkebbsu bin-nar ta’ l-imhabba t’Alla hija xoghol ta’ l-angli,” qallu ir-ragel.
“Tixtieqx naghmel minnek mudell ta’ qdusija li kull min jarak isir qaddis bhalek?” talbu l-anglu.
“Le le,” qallu r-ragel, “ Ma irrid lil hadd jhares lejja. Ghandhom jitfghu ghajnejhom fuq Alla. Hu biss il-qdusija.”
“Mela x’tixtieq? Xi trid li naghmel ghalik?”
“Xejn. Ghalija l-grazzja t’Alla hija bizzejjed. Jekk ikolli dik ghandi kollox,” wiegbu r-ragel.
“Imma ma nistax immur lura quddiem Alla tieghi u nghidlu li ma ghamilt mieghek xejn. Gia la darba ma tridx taghzel inti ser naghzel jien ghalik”, qallu l-anglu.
“Stenna,” waqfu r-ragel.
 U qaghad bil-qieghda jahseb ghal ftit.
“Iva ghandi idea.” Mill-gdid qallu r-ragel. “ Ghamel li permezz tieghi isir il-gid minghajr ma inkun naf bih.”
 L-anglu mar lura l-genna biex jgharraf lil Alla b’dik ix-xewqa tar-ragel gust. Alla kien kuntent b’dak li talab u ordna li id-dell ta’ dan ir-ragel tajjeb jkollu il-qawwa li jfejjaq. Fuq kull min kien jaqa d-dell tieghu kien ifiq. U gara li n- nies kienu jfittxu li d-dell tieghu jaqa’ fuqhom.
Imma r-ragel qatt ma induna b’dan ghax in-nies kienu aktar interessati fid-dell tieghu milli fih.
 
Taghlima: Ghandha dejjem tkun fina l-intenzjoni retta, jigifieri li dak li naghmlu naghmluh biss ghal Alla u ninsew lil infusna.

>

Make a free website with Yola