jesusandmary

 

L-ID TA’ L-IMGHALLEM

Billi xtaqet taghmel kuragg lil binha li kien qed jitghallem il-pjanu, omm hadet maghha lil binha ta’ sebgha snin ghall-kuncert ta’ Paderewski. Wara li sabu posthom, l-omm rat habiba taghha fost l-udjenza u marret biex tkellimha. It-tifel sab ruhu wahdu u ha l-opportunita’ biex jesplora t-teatru. It-tifel ried jara x’hemm wara bieb immarkat bil-kliem: DHUL MHUX PERMESS.

Meta tbaxxa d-dawl, deher bic-car li l-kuncert kien ser jibda’. L-omm inhasdet meta ma sabitx lil binha fil-post fejn hallietu. F’daqqa wahda l-purtiera tal-palk infethet u d-dwal kollha iffokaw fuq il-pjanu. Il-mara mbelghet tara lil binha bil-qieghda fuq il-banketta tal-pjanu jtektek “TWINKLE, TWINKLE LITTLE STAR.”


Kien f’dak il-mument li l-maestro ghamel id-dahla tieghu  u resaq lejn il-pjanu, baxxa rasu lejn widint it-tifel u qallu: “Tieqafx kompla doqq.”

Imbaghad il-maestro beda’ jdoqq fuq il-pjanu akkompanjament ghall-muzika li beda’ jdoqq it-tifel. Flimkien, it-tifel u l-imghallem dawwru sitwazzjoni kerha f’wahda ta’ esperjenza kreattiva. Wara li spicca l-bicca muzika tieghu fuq il-pjanu, l-udjenza qamet iccapcap bla waqfien ghall-wirja hekk abbli tal-maestro li bla ma tfixkel dawwar cirkustanza negattiva f’wahda posittiva.

Hekk jahdem Alla. Dak li naghmlu ahna ghar-rasna ftit ikollu success u jkun innutat. Ahna naghmlu hilitna imma b’rizultati bosta drabi ma jkunux dak li nkunu xtaqna ahna. Imma meta mbaghad jidhol Alla fin-nofs issir taqliba kbira u mhux mistennija, ikollok rizultat sabih.

Kompli ahdem ghall-Mulej, fil-Mulej u mal-Mulej. Ftakar li Alla jghin lil dawk li Hu Jsejjah ghal xi skop tieghu

Make a free website with Yola