jesusandmary

 

 QATT TAQTA’ QALBEK.

Abraham Lincoln qatt ma qata’ qalbu.

Twieled fil-faqar u kellu jhabbat wiccu ma’ hafna qtih il-qalb. Tilef tmien elezzjonijiet, darbtejn mar seww lura fin-negozju u sofra breakdown.

Seta’ ceda’ bosta drabi izda ma ghamilx hekk u ghax iggieled ic-cirkustanzi sar wiehed mill-aqwa presidenti ta’ l-Amerka.

Ara t-triq tieghu lejn il-White House.

1816  Il-Familja tieghu tkecciet mid-dar u kellu jahdem biex izzommhom.

1818  Mietet ommu.

1831 Falla fin-negozju.

1832 Hareg ghal elezzjoni  tal-legislatura ta’ l-istat imma tilef.

1832 Tilef ix-xoghol; xtaq jidhol ghall-Ligi izda ma setghax

1833 Issellef xi flus minghand habib biex jidba’ negozju u sa tmiem is-sena tilef kull sold.  Ghadda sbatax-il sena jhallas dejnu.

1834 Hareg ghal elezzjoni tal-legislatura ta’ l-istat u rebah.

1835 kellu jizzewweg u l-gharusa tieghu mietet.

1836 Ghadda mill-marda ta’ breakdown u qaghad fis-sodda ghal sitt xhur marid.

1836 Hareg biex ikun Speaker tal-legislatura ta’ l-istat u tilef.

1843 Hareg ghall-Kungress u ma rnexxilux

1843 Rega’ hareg ghall-Kungress u din id-darba rebah – mar Washington u wettaq hidma tajba.

1848 Fittex li jkun ri elett ghall-Kungress u tilef.

1849 Fittex xoghol t’ ufficjal ta’ l-Artijiet fl-istat fejn kien joqghod u ma kienx accettat.

1854 Hareg ghal-elezzjoni tas-Senat ta’ l-Amerka u tilef.

1856 Hareg ghal vici president mal-partit tieghu u gab inqas minn mitt vot.

1858 Hareg ghas-senat ghal darb’ohra u tilef.

1860 Hareg ghal President ta’ l-Amerka u rebah.

Abraham Lincoln qatt ma qata’ qalbu. U int ser tiggieled bhal Lincoln mac-cirkustanzi tal-hajja li jaghtuk bil-harta?

Make a free website with Yola