jesusandmary

 

 RIFLESSJONIJIET FIL-LAG

 Kain u Abel waslu hdejn xatt tal-lag. Kien kbir hafna u qatt ma kienu raw bhalu.

 "Hemm xi haga go fiha," lissen Abel waqt li hares lejn wicc l-ilma bla ma kien jaf li dak li kien qed jara kien ir-rifless tieghu. Kain innota l-istess haga u gholla il-bastun tieghu. L-immagni ghamlet l-istess. Kain qaghad jistenna id-daqqa, l-immagni l-istess. Abel studja wicc l-ilma. Huwa tbissen u l-immagni l-istess. Dahaq jghajjat u l-immagni imitatu. Hekk kif telqu minn hemm

 Kain haseb: "Kemm jghixu kreaturi aggressivi go dak l-ilma."

Abel qal bejnu u bejn ruhu: "Nixtieq nirritorna hemmhekk ghaliex iltqajt ma’ xi hadd li kien gustuz u cajtier."

 Il-hajja tigik skond kif thares lejha. Hawn min jghid li t-tazza hija nofsha mimlija u ohrajn jghidu t-tazza hija nofsha vojta. Min ihares lejn il-posittiv tal-hajja u min lejn in-negattiv. Haga kerha u ta' dwejjaq tista' ddawwarha f'cirkustanza favurik u li minnha tiehu gid kbir.

Make a free website with Yola