jesusandmary

 


GHALIEX TIBZA?


Jum wiehed id-dixxiplu staqsa lil  Imghallem tieghu: Kemm nibza’ mill-mewt. Kif nista’ nirbah din il-biza’?

Wiegbu l-Imghallem: “Ghid ftit jekk inti tissellef xi karti tal-flus, tibza’ troddhom lura?”

“Da zgur li le. Imma dan x’ghandu x’jaqsam mal-biza’”

L-Imghallem gabar ponn hamrija mil-art u kompla jghidlu: “ Inti ircevejt il-gismek b’dejn u trid troddu lura. Kull gidma hobz li kilt, kull qatra ilma li xrobt inti tkabbar dan id-dejn.  Inti mahluq mit-trab ta’ l-art li fuqha timxi u l-art hija l-kreditur tieghek; kontinwament tfakkrek f’dan id-dejn.  Dejjem tigbdek ‘l isfel u jasal mument meta l-art tibilghek kollok minghajr ma thalli xejn minnek.”

L-Imghallem, imbaghad, tajjar it-trab ta’ idejh ‘l fuq u meta ra li kollox nizel ‘l isfel qal: “ Titla’ kemm titla’ fil-gholi, jew twil kemm ikun twil il-vjagg, inti jkollok ta’ bilfors tinzel. Dik hi regola. U biex tiggieled din il-biza’ tal-waqa’ hija haga hafifa – ieqaf ahseb fuqek innifsek bhala d-dominatur ta’ gismek. Ahseb biss li inti l-kerrejj. U billi ma tafx it-tul tar-renta tieghek, ftakar li din tista’ tieqaf kull hin. Ahna ilkoll midjunin u d-dejn taghna zgur li jingabar, tibza’ jew ma tibzax. Allura x’inhuwa l-punt  li tibza?

 

Warrab kull biza’, ghax dan il-pass hu miktub ghal kulhadd; eccezzjoni hadd.

Iffaccja kull cirkustanza ta’ hajtek bil-kuragg.

Gia la darba dak li qed taghmel hu tajjeb u ta’ gid, kompli wettqu minghajr biza’ ta’ xejn

Make a free website with Yola