jesusandmary

ID-DJARJU TA’ ANGLU

Tarbija tifel wasal biex jitwieled fid-dinja u qabel ma dahal fid-dinja staqsa lill-Mulej: “ Qed jghiduli li wasalt biex immur fid-dinja tal-bnedmin... Kif ser nghix jekk jiena daqshekk zghir u ma nistax niddefendi lili nnifsi?”

U wiegbu Alla: “Ara fost il-hafna angli,  ghaziltlek  wiehed specjali. Qed jistennik u ser jiehu hsiebek.”

“ Imma jiena hawn fuq hlief kant u ferh ma ngawdix u x’ghandi bzonn ta’ aktar.”

“L-anglu tieghek ikantalek u jitbissimlek, kuljum u kull hin u zgur li ser thossok ferhan.”

“U kif nista’ nifhem meta jkellmuni jekk jiena anqas l-ilsien taghhom ma naf?” 

“ B’tant pacenzja u mhabba l-anglu tieghek jghallmek titkellem.”

“U x’inkun irrid naghmel meta nixtieq inkellmek?”

“L-anglu tieghek jghallmek tghaqqad idejk u titlob.”

“Smajt li fid-dinja hawn hafna nies kattivi.  Min ser iharisni minnhom?”

“L-anglu li tajtek iharsek u jiddefendik anke b’hajtu stess.”

“Imma jiena ser ikolli qalbi sewda ghax ma nkunx nista narak aktar.”

“L-anglu tieghek ikellmek fuqi, jghallmek il-mod kif tigi ghandi u jiena nkun dejjem fik.”

“Dak il-hin kien hemm mument ta’ silenzju.  It-tarbija resqet quddiem Alla u minn taht l-ilsien qalet: “O Mulej jien lest biex nitlaq, imma ghidli ftit dan l-anglu tieghi ghandu isem?”

U Alla wiegeb: “Sejjah l-anglu tieghek, OMMI.”


Itlob dejjem ghal ommijiet hajjin ghax dawn ghandhom missjoni delikata x’jaqdu fid-dinja. Ghal dawk li diga dahlu fil-hajja l-ohra itlob lil Alla biex jaghtihom il-premju tal-genna.


Make a free website with Yola