jesusandmary

IL-HABSI U N-NEMLA.

 

Ragel gie kkundannat il-habs ghal 20 sena.  Issa l-problema tieghu kienet kif ser iqatta z-zmien.

Wara xi xhur fic-cella, nduna li xi nemel kienu johorgu mill-bejta taghhom f’rokna fil-hajt biex jigbru mill-frak tal-ikel li jkun waqqa’ fl-art. Dam hafna jinnuthom meta fl-ahhar induna li kien hemm wahda partikulari li zgur kien ihossu li jekk jghallimna xi haga, din titghallem.

Kien jaf li diehel ghal bicca xoghol ta’ pacenzja, izda hin kellu kemm irid.  Wara hames snin din in-nemla kien tghallmet tobdi l-ordnijiet tieghu. Tizfen fuq il-beritta tieghu, taqbez fl-arja u tinzel fuq il-maktur u tant hwejjeg ohra.  Hames snin wara tghallmet tkanta u hames snin wara tghallmet titkellem.

Kien ser jghallimha xi haga ohra meta l-prugunier helsuh.  Pogga din in-nemla f’kaxxa zghira u tefa’ kollox fil-but.

Mill-habs baqa’ sejjer dritt go bar u wara li xorob, ried juri l-bravuri ta’ din in-nemla u b’hekk idahhal xi kemxa flus gmielha.

Pogga n-nemla fuq il-bank tal-barista, sejjahlu u qallu: “ Qed taraha din in-nemla?”

Il-barista minghajr telf ta’ zmien qatel lin-nemla u qallu: “Nitlob skuza sinjur.”

Kemm snin ta’ tahbit u nkwiet ghall-genituri u l-ghalliema biex jedukaw lil uliedhom. Spiss ikun bizzejjed mument u r-rizultat ta’ tant sforz imur fir-rovina.  Ghaliex dejjem hemm il-barista wara l-kantuniera li jeqred dak li wiehed ikun zara’ fiz-zaghzagh u l-ulied.

Mela attenti ghal uliedna u nghassu dejjem fuqhom biex inzommuhom boghod minn kull tigrib tar-ruh u l-gisem.

Make a free website with Yola