IMHABBA TA’ MISSIER GHAL BINTU
Storja vera li grat lil Mary Noble u lil habibtiha li dahlu f’restaurant gewwa Birmingham. Il-waiter resaq fuqhom u talabhom biex jiehu l-ordni taghhom.
Kif kienu qed ihawdu z-zokkor fil-kafe jahraq, huma semghu cempila ta’ telefon li kien hemm hdejn il-kaxxier u billi l-mejda taghhom kienet qrib tieghu, ma setghux ma jisimghux it-tahdita li saret bejn il-kaxxier u l-persuna fuq in-naha l-ohra tat-telefon.
“The Diner,” wiegeb il-kaxxier xaghru lewn il-fidda.
Kliemu kien taz-zokkor. “ Ghidli honey,” irrispondi l-kaxxier meta nduna mill-vuci min kienet il-persuna fuq in-naha l-ohra.
Minghajr ma riedu bdew jissemghulhu. Il-kurzita’ ghelbithom u waqfu minn dak li kienu qed jghidu bejnithom.
“Fejn inti qieghda ghaziza?”. Huwa stenna ftit ghar-risposta u kompla: “ Tinsiex il-kamera.” Pawsa ohra. “Tinsiex, poggieha fil-basket u tghaddix biha mid-detector. U l-flus poggejthom fil-kartiera?” Stenna ftit mument ohra u qalilha: “ OK, mela, sweetheart. Cempilli l-ewwel haga kif tasal biex nara li kollox sew u wasalt qawwija u shiha.”
Hu tbissem u qalilha l-ahhar kliem: “ Inhobbok, ghaziza tieghi. Bye u hu hsieb.”
Iz-zewg nisa kkonkludew li kienet bintu u li ghal eta’ tieghu kienet haga stramba li jkellimha b’dak il-mod jekk kienet zaghzugha.
Il-kaxxier induna li l-konversazzjoni tieghu ma zammhiex privata billi lehnu kien kemmxejn gholi. Gharaf ukoll li dawk iz-zewg nisa semghu kollox. Imbaghad dar lejhom u qalilhom: “ Skuzawni jekk lehni kien gholi xi ftit u telliftkom. Binti kienet dik.”
Mary Noble dawret ghonqha u wegbitu bi tbissima: “ Haga sabiha hafna tisma’ missier jitkellem hekk ma’ bintu.”
“Ghandha hamsin sena.” U qabel ma dak il-kumment seta’ jghezzizhom, kompla,” Ghandha l-multiplescleosis. Ma tantx marret ‘l quddiem f’dawn l-ahhar hames snin. Sejra Washington.” Dam xi mumenti fit-tul qabel rega’ tkellem. “ Kemm inhobbha lil dik it-tifla. Hija ommha fotokopjata. Sejra ftit tistrieh ghand zijitha.”
Dik id-diskursata baqghet impressjonata f’mohh iz-zewg nisa. Iltaqghu ma’ missier li ma stahax jghid lil bintu “jiena nhobbok.” U dan quddiem nies li ma jafuhx.
Bhal dan il-missier, il-missier taghna wkoll ihobbna, hadem ghalina biex tlajna irgiel u nisa tajba. Min jaf kemm ghamel sagrificcji biex rana ferhana u ha hsiebna biex ma nitfixklux fil-problemi tal-hajja. Grati ta’ dan? Niftakru fih fit-talb taghna? Niftahru ma’ haddiehor kemm stinka ghalina?