jesusandmary

IZ- ZEWG ZRINGIJIET

 

Grupp ta’ zringijiet kienu qed jivvjaggaw flimkien fil-foresta meta tnejn minnhom waqghu f’hofra fonda. Iz-zringijiet l-ohra ingabru madwar il-hofra u meta rawha daqshekk fonda qalu lit-tnejn l-ohra li minn hemm m’hemmx helsien.

Iz-zewg zringijiet injoraw il-kummenti ta’ shabhom u ppruvaw jaqbzu ‘l barra mill-hofra b’kemm kellhom sahha.

Shabhom  komplew jghidulhom biex jieqfu u jirrasenjaw ruhhom mad-destin.

Fl-ahhar wiehed miz-zringijiet sema’ minnhom u ceda’. Ghamel f’qalbu li kollox kien ghalxejn u miet.

Iz-zring l-iehor ma qatax qalbu u kompla jaqbez b’kemm kellu sahha.  Inutli kienu l-kummenti ta’ dawk ta’ fuq biex ma jkomplix sejjer hekk, anzi jieqaf mit-tahbit li kien qed jikkawzalu ugighk kbir u jmut hemm isfel.

Kompla sforza u fl-ahhar hareg mill-hofra u gie fejn shabu minghajr nifs. Shabu qalulu: “ Mela ma smajtniex?”

Iz-zring spjegalhom li kien trux. Anzi haseb li huma kienu qed jinkoragguh biex ikompli halli johrog mill-hofra.

Tghallem li l-ilsien ghandu l-qawwa tal-hajja u l-mewt. Kelma ta’ kuragg li xi hadd li hu mghattan taht salib tistghu ttellghu l-genna.

B’kelma distruttiva tista’ toqtlu.

Mela oqghod attent kif titkellem u tuza’ ilsienek.

Make a free website with Yola