jesusandmary

 


DAK LI GHANDEK F’QALBEK


Kien hemm ragel gharef dejjem bilqieghda hdejn bir fit-tarf ta’ l-oasi qrib il-belt. Jum wiehed guvni resaq fuqu u qallu: “ Habib jiena ma nhiex minn dawn in-nahat. Kif inhuma n-nies ta’ dan il-lokal?”

U r-ragel staqsieh: “ U n-nies tal-belt tieghek kif inhuma?”

“ Kattivi u ta’ qalb hazina u fuq kollox egoisti. Kien ghalhekk li tlaqt minn hemm.”

“U hekk huma n-nies ta’ hawn, habib.”

Ftit wara zaghzugh iehor wasal hdejn il-bir u staqsa l-istess mistoqsija lix-xih. U x-xih wiegbu bl-istess domanda li kien qal lil l-ewwel wiehed : “ U n-nies ta’ beltek kif inhuma?”

Iz-zaghzugh wiegbu “ Ta’ qalb tajb u sahansitra jghinu lil min hu fil-problemi. Fi ftit kliem tqatta' u tiekol minnhom.”

U x-xih wiegbu lura; “ Hawn in-nies hekk ukoll.”

Merkant li kellu l-igmla tieghu jixorbu mil-bir meta sema’ twegiba differenti ghal istess mistoqsija dar lejh u qallu: “ Kif kellek il-wicc twiegeb differenti ghal istess domanda?”

“Ibni,” qallu x-xih gharef,” min ma jsib xejn f’qalbu ma’ jsib xejn tajjeb f’ghajru. Bil-maqlub min hu habib veru f’beltu ghandu jsib hbieb leali f’din il-belt ghaliex kull bniedem jara fl-ohrajn dak li ghandu f’qalbu.”

TAGHLIMA

Qalbna hija l-mera ta’ kif jista jkun ghajrna. Jekk turi moghdrija haddiehor juri hniena, jekk turi ebusija haddiehor jaf ikun iebes ukoll.


Make a free website with Yola