jesusandmary


GHALIEX TGHAJJAT?


Jum wiehed l-imghallem staqsa lid-dixxipli tieghu: “Ghaliex il-bnedmin jghajtu meta huma rrabjati?”

“Jghajtu ghaliex jitilfu l-kalma.”

“Imma ghaliex jghatu meta l-persuna l-ohra tinsab qribhom?”

“Tajjeb, jghajtu ghaliex jixtiequ li l-persuna l-ohra tatihom widen.”

U l-imghallem rega’ staqsa: “ Allura ma hux possibbli li titkellem b’vuci baxxa?”

U ma kienx kuntent bir-risposti li tawh id-dixxipli.

“Mela kunu afu dan,” qalilhom l-imghallem,” il-persuni jghajtu meta jkunu irrabjati ghaliex qlubhom ikunu boghod minn xulxin. Meta jkunu boghod daqshekk minn xulxin, jehtigilhom jghajtu biex ikunu jistghu jinstemghu, u aktar ma’ qlubhom ikunu boghod aktar jghatu. Qatt rajtu zewg namrati jghajtu? Le, ghaliex qlubhom huma vicin ta’ xulxin. Jitkellmu b’vuci baxxa u helwa ma’ xulxin. Xi drabi tant ikunu hdejn xulxin li jkunu biss qlubhom li jitkellmu. Meta tiddiskutu thallu qatt li qlubkom jitbeghdu minn xulxin u qatt tghidu kliem lil xulxin li jwegga’ ghaliex tasal gurnata li d-distanza tkun tant kbira li t-toroq ma jiltaghqu qatt.”


HABIB,

SIGRIET WIEHED INFALLIBBLI LI BIH TIRRISOLVI L-GLIED: IGGIELED B’IDEJN ABBRACCJATI MA’ XULXIN STRETTAMENT.


Make a free website with Yola