jesusandmary

 


IL-GUDIZZJU

Wara hajja semplici u serena, Donna Marija halliet dan il-wied tad-dmugh. Kulhadd ghela’ ghaliha. Kienet mara tajba hafna u l-karita' taghha kienet maghrufa minn kulhadd. Malli mietet sabet ruhha fi kju ta’ nies, kju ordinat ghal ahhar, li bil-mod il-mod beda’ riesaq lejn l-imhallef Gust u Divin.

Hekk kif bdiet tersaq vicin kienet tisma’ lil l-Imhallef jghid lil dak ta’ quddiemu: “Inti ghentni meta kelli indicent bil-karozza u hadtni l-isptar. Bravu. Idhol fil-ferh ta’ Sidek.”

U lil iehor: “Inti sliftni l-flus minghajr imghax meta kont maghkus u anqas fittixt li tigborhom kollha. Bravu. Idhol fil-ferh ta’ Sidek.”

U lil wiehed tabib qallu: “Inti jisthoqqlok il-premju etern ghaliex inti zortni meta kont marid u fejjaqtni. Kont taghmel operazzjonijiet difficli u ma kontx tfittex il-flus minghand min ma kienx jista’ jhallas. Anke viziti b’xejn fid-djar tal-foqra morda kont taghmel. Idhol fil-ferh etern.”

Il-mara qabadha biza’ kbir u kienet ser tohrog mill-filliera  biex tahseb ftit x’setghet ghamlet tajjeb, meta anglu waqqafha u mill-gdid urieha li ghandha tibqa’ f’postha. Meta waslet quddiemu, qalbha bdiet thabbat mija mija. L-Imhallef Gust qalilha bil-hlewwa: “Mara idhol fil-Genna li Jiena hejjet ghalik u ghal kull minn habbni ghax meta kont nieqes mill-hwejjeg kont tara kif taghmel biex titlob lin-nies biex tlibbisni. Inti kont tghaddili l-qomos u l-ilbiesi minghajr ma kont titlob hlas lil istitut tas-sorijiet li kienu jiehdu hsieb l-orfni.”

Habib, kull tant difficli timmagina kemm huwa straordinarju dak li huwa ordinarju.

Make a free website with Yola