LIEMA HIJA L-AKTAR PARTI MPORTANI TAL-JUM TIEGHEK?
“Mamma, mamma, hares,” esklamat Marta , tifla ta’ seba’ snin fis-supermarket.
“Dalwaqt binti,” wegbitha ommha b’mod mervuz filwaqt li bdiet tara u tahseb xi trid tixtri.
Waslu d-dar, iccenaw, raw ftit televizjoni, l-omm ghamlet xi ftit telefonati u wasal il-hin ta’ l-irqad.
“ Ejja Marta ghax sar il-hin li norqdu.” Marta obdiet, dahlu fil-kamra, qalu xi talb u dahlet fis-sodda filwaqt li ommha rrangathilha l-kutri.
“Mamma, insejt nghidlek xi haga.”
“Imbaghad ghidli ghada ghax sar il-hin,” wiegbet l-omm.
“Imma ghada zgur ma jkollikx hin.”
“U le tara kif insib ftit mumenti,” ipperswaditha ommha.
“Il-lejl it-tajjeb,” sellmitilha ommha u tatha bewsa kif is-soltu kienet taghmel.
L-omm marret f’kamritha u ma setghitx tinsa’ id-dieqa ta’ bintha. Wara ghaxar minuti marret lura fil-kamra ta’ Marta u sabitha rieqda.
F’idha kellha bicca karta imqatta f’erba’ bicciet. L-omm hadithomlha bil-mod biex ma tqajjimiex, ghamlithom flimkien u hemm miktub go qalb impingija, qrat erba’ versi ta’ imhabba u gratitudni li bintha kitbitilha.
Dak il-messagg dahlilha go qalbha. Kif dahlet fil-kamra hekk harget bil-mod u ftit minuti wara dahlet b’zewg tazzi tac-cikkulata shuna u zewg bicciet torta tajba.
It-tifla qalet: “ Mamma x’gara?”
“Wiegbet l-omm dawn ghalik biex niekluhom flimkien waqt li noqghodu nitkellmu ftit. Inti l-aktar parti mportanti tal-jum.”
Marta tbissmet, xorbot u kielet it-torta u wara ftit minuti raqdet.