jesusandmary

AHSEB MITT DARBA, IZDA AQTA’ DARBA.

Snin ilu hafna gewwa belt fl-Italja, negozjant kellu dejn kbir ma’ wiehed li kien isellef il-flus. Dan ta’ l-ahhar kien bniedem li xejn ma jigbdek la mill-manjieri u anqas minn wiccu. Pero’ kellu grazzja kbira ma’ bint in-negozjant.

Huwa ppropona li jahfirlu d-dejn kollu jekk izewgu lil bintu.  Imma kemm il-bint kif ukoll missierha xejn ma ghobgithom din il-proposta.

Dak li kellu jiehu l-flus ippropona li jpoggi go borza zewg caghqiet wahda bajda u l-ohra sewda. Jekk il-bint taghzel is-sewda id-dejn jinhafirlu kollu, u s-sellief tal-flus ikollu d-dritt li jizzewwigha. Jekk il-bint taghzel il-bajda, id-dejn xorta jinhafirlu, pero’ il-bint ma kienitx tkun marbuta mal-weghda li tizzewgu.

Marru fil-gnien tan-negozjant fuq roqgha li kienet miksija b’caghaq imhallat, kemm suwed kif ukoll bojod. U waqt li s-sellief tal-flus kien qed jigbor iz-zewg caqghiet, il-bint innutat li dan gabar tnejn suwed li bla elf ta’ zmien u b’mod ta’ habi tefa’ gol-borza.

Il-bint kellha issa taghzel. Mohha gera’ fuq li gera’ biex taghmel l-ahjar ghazla. Setghet tirrifjuta li taghzel ic-caqgha, setghet tghidlu biex johrog ic-caqghijiet u hekk turi l-qerq li kellu f’mohhu jew taghzel caqgha mill-borza u tissagrifika ruhha ghal missierha.

Dahhlet idha fil-borza u ghazlet caqgha, imma qabel ma fethet idejha biex turi l-kulur taghha, waqqitha apposta fl-art f’nofs ic-caqghijiet l-ohra.

“Ara kemm jiena bla grazzja, zelqitli minn idi. Ara x’naghmlu, hares inti fil-borza u ara liema wahda fadal u tkun tista’ tghid liema wahda jiena ghazilt.

Ic-caqgha li kien ghad fadal fil-borza ovvjament kienet sewda u billi s-sellief tal-flus ma riedx jinqabad bil-qerq kellu jimxi skont il-pjan tat-tifla tan-negozjant. Qalilha: “Int ghazilt il-bajda. Dejn missierek mahfur u inti hielsa mill-weghda li tizzewwigni.”

U telaq mikdud fih innifsu.

 

TAGHLIMA: META TIGI F’SITWAZZJONI DIFFICLI AHSEB U ERGA’ AHSEB. JEKK JISTA’ JKUN HU PARIR U WARA RIFLESSJONI AGHZEL DAK LI TAHSEB HU L-AHJAR.

Make a free website with Yola