jesusandmary

APPREZZAMENT GHAL XOGHOL IEBES.


Zaghzugh li kellu certifikat akkademiku ta’ eccellenza applika ghal xoghol manigerjali u wara li ghadda mill-ewwel intervista, kien jonqsu li jiltaqa’ mad-direttur biex wara intervista ohra, dan jiehu decizzjoni jekk jaccettahx jew le. Id-direttur innota li dan il-guvnott kellu certifikati mill-aqwa, ibda mill-iskola sekondarja u spicca sa l-universita’.

Bejnithom saret tahdita, pjuttost privata li ma kellhiex x’taqsam max-xoghol li applika ghalih.

Direttur: Inti qatt irbaht xi scholarship mill-iskejjel li kont tattendi?

Applikant: Le. Qatt.

Direttur: Kien missierek li hallaslek il-mizati ta’ l-iskejjel?

Applikant: Missieri miet meta kelli sena. Kienet ommi li ghamlet dan.

Direttur: Fejn kienet tahdem ommok?

Applikant: Kienet tmur tahsel gewwa lukanda.

Id-direttur talbu jurih idejh. Idejh kienu fini, lixxi u perfetti.

Direttur: Qatt ghent lil ommok biex tahsel il-hwejjeg?

Applikant: Qatt. Hija riditni biss nistudja u naqra hafna. Barra minn hekk ommi tahsel malajr aktar minni ghax tas-sengha.

Direttur: Ghandi talba x’naghmillek. Meta tmur id-dar illum, mur u ahsel id ommok u ejja arani ghada.

Iz-zaghzugh ghamel kif qallu d-direttur ferhan li l-ghada kien ser ikollu risposta positiva. Meta talab lil ommu biex jahslilha idejha ra li kienu kollha kallu u dan fakkru fit-tbatija li ghaddiet ommu biex hu jsib xoghol tajjeb. Demgha nizlet fuq idha minn ghajnejh. Idejha kienu wkoll imkemxa u kellha ukoll xi grif. 

L-ghada iz-zaghzugh mar kif miftiehem.

Direttur: Tghallimt xi haga il-bierah meta kont id-dar?

Applikant: Iva. Tghallimt l-apprezzament. Minghajr il-hidma ta’ ommi kieku jiena llum ma ninsabx quddiemek. Tghallimt l-esperjenza li l-hajja hija iebsa biex tirnexxi, imma ma tridx iccedi. Tghallimt il-htiega u l-valur tar-relazzjonijiet tajba fil-familja.

Direttur: Dak li kont qed infittex biex ikun il-manager tieghi. Ridt li l-manager ikun bniedem li jaf japprezza l-ghajnuna ta’ haddiehor, li jifhem it-tbatijiet ta’ l-ohrajn biex isir ix-xoghol, u bniedem li l-ghan principali tieghu tieghu fil- hajja ma ghandux ikun il-flus. Il-post huwa tieghek.

Id-direttur ma ddispjacihx li ghazel liz-zaghzugh ghax il-kumpannija tieghu mxiet hafna ‘l quddiem u kull imjegat kien ferhan li jahdem taht dan il-manager.



TAGHLIMA: APPREZZA HAFNA X-XOGHOL TA’ HADDIEHOR, L-AKTAR DAK TA’ MADWAREK. B’HEKK IZZOM RELAZZJONI TAJBA U TARA LI KOLLOX MIEXI SEW U ‘L QUDDIEM.

jannar 2019@


Make a free website with Yola