jesusandmary


 

F’RESTORANT MA’ MISSIERU.

storja migjuba lill-qarrejja ta' dan is-sit fl-okazzjoni ta' jum il-missier

 

Iben ha lil missieru go restorant ghal ikla ta’ nofsinhar. Dak il-Hadd kien qed jigi ccelebrat JUM IL-MISSIER u ried jaghtih gieh billi joffrilu ikla tajba. Missieru kien bniedem anzjan hafna u dghajjef u waqt li kien qed jiekol waqqa’ l-ikel fuq il-qmis u l-qalziet. Gie li kien hemm mumenti li qattalu l-laham f’bicciet zghar biex ikun aktar facli ghalih li jiekol. Patruni tar-restorant, vicin il-mejda taghhom harsu lejhom disgustati waqt li l-iben zamm il-kalma.

Wara li temmew l-ikla, ibnu ha lil missieru gor-restroom u hemm nehhiehlu l-bicciet ta’ l-ikel li kien waqqa’ fuqu, naddafflu t-tbajja, ippettnalu xahru u qieghdlu n-nuccali f’postu. Meta hargu, ir-restorant kollu dar lejhom u kull min kien prezenti qal f’qalbu : “ Kif ma jisthix igib lil missieru hawn, meta dan anqas jaf jiekol?” L-iben resaq fuq il-kaxxier hallas u pprepara biex jitlaq.

Dak il-hin ragel fost dawk prezenti ghajjat lil iben u staqsieh b’lehen li jisimghu kulhadd: “ Ma tahsibx li nsejt xi haga warajk?”

L-iben wiegbu: “ Le, sinjur, ma insejt xejn.”

Ir-ragel l-iehor wiegbu lura:” Iva, habib, insejt xi haga. Inti hallejt warajk lezzjoni ghal kull iben u tama lil kull missier.”

Fir-restorant waqa’ skiet kbir taqtghu b’sikkina.


MORALI: LI TIEHU HSIEB LI DAWK LI DARBA HADU HSIEBEK HIJA UNUR KBIR. IKOLL NAFU KEMM IL-MISSIRIJIETNA  FLIMKIEN MA' OMMIJIETNA HADU HSIEBNA, ANKE GHAL KULL HAGA ZGHIRA. HOBBUHOM, IRRISPETTAWHOM U HUDU HSIEBHOM.

 

Make a free website with Yola