jesusandmary

IL-VAPUR TAL-HBIBERIJA

Vapur ghereq hdejn gzira li fuqha ma kien jghix hadd. Kienu biss tnejn mill-passigiera li salvaw u dawn inzertaw hbieb hafna. Ftehmu li l-unika haga li jaghmlu kienet li jitolbu lil Alla. U biex jaraw liema minnhom it-talb tieghu kien jiswa’ l-aktar, qablu li jaqsmu t-territorju tal-gzira bejnithom. Wiehed jiehu n-naha ta’ fuq u l-iehor in-naha ta’ isfel tal-gzira.

L-ewwel ma talbu kien ghal ikel. U l-ghada filghodu l-ewwel ragel ra sigra mimlija frott fuq in-naha tieghu u seta’ jiekol minnha. Imma l-parti fejn kien joqghod l-iehor kienet infertili. Wara gimgha l-ewwel ragel talab biex ma jibqghax wahdu u Alla jipprovdilu mara biex tiehu hsiebu. L-ghada tempesta tefghet vapur fuq il-blat u minnu salvat mara biss. Din ghamet ghan-naha tat-territorju ta’ l-ewwel ragel. It-territorju tat-tieni ragel  kien vojt.

Ftit jiem wara l-ewwel ragel talab ghal dar, hwejjeg u aktar ikel ghaliex issa kien hemm zewgt ihluq x’jieklu. U dan ircevihom qisu xi hadd baghathomlu mis-sema. Imma t-tieni ragel baqa’ b’idejh vojta. Fl-ahhar, l-ewwel ragel talab biex fuq il-gzira jersaq xi vapur halli hu u l-mara jhallu l-gzira. L-ghada ra vapur marbut man-naha tat-territorju tieghu. Ghajjat ghal ghajjut u tela’ hu u l-mara biex ihallu diK il-gzira. Lil habibu hallih warajh ghaliex ra li ma kienx jixraqlu li jircievi l-barkiet ta’ Alla billi t-talb tieghu baqa’ ma instemax.

Kif il-vapur kien ser isalpa, instema’ lehen mis-sema li qallu: “ Ghaliex ser thalli lil siehbek warajk?”

“Il-barkiet tieghi huma ghalija biss ghaliex jien tlabt ghalihom,” wiegeb l-ewwel ragel. “ It-talb tieghu ma instemghax u ghalhekk ma jisthoqqlu xejn.”

“Kemm sejjer zball !” instema l-lehen. “ huwa kellu biss talba wahda li jiena kkoncedejtlu. Kieku ma kienitx dik, inti ma kont tircievi ebda barka tieghi.”

“ U tista’ tghidli x’kienet din it-talba li ghaliha jiena ghandi nkun grat lejh?”

“Talab biex dak kollu li titlob ikun mismugh.”

 

MORALI: DAK KOLLU LI GHANDNA MA HUX IL-FROTT TAT-TALB TAGHNA BISS IMMA TA’ OHRAJN LI JITOLBU GHALINA WKOLL (IT-TALB KOMUNITARJU). GHOZZ IL-HBIEB U TWARRABHOMX.

 

Make a free website with Yola