jesusandmary

IR-RELAZZJONI

 

Wara li Nita izzewget marret tghix flimkien mar-ragel ghand il-kunjati taghha. Wara xi jiem irrealizzat li kienet ghamlet zball kbir ghaliex qatt ma setghet tghix maghhom, billi  l-kunjata taghha kienet tmeriha f’kollox. Nita kienet mara moderna filwaqt li l-kunjata taghha kienet konservattiva. Aktar ma ghaddha zmien aktar saru kelb u qattus u hadd ma biddel l-imgieba tieghu wahda lejn l-ohra.

Darba tant iggieldu li meta gie zewgha, huwa zamm ma’ ommu.Tant kienet urtata li telqet id-dar u marret ghand missierha. Missierha talabha li tmur lura, izda hi wegbitu li taghmel hekk biss, jekk jaghtiha xi velenu biex toqtolha. Huwa wegibha li kienet haga kerha li taghmel hekk u minkejja li wissieha li jistghu jmorru t-tnejn il-habs, hi baqghet tinsisti.

Fl-ahhar missierha taha dak li riedet u qalilha: “ Binti qis meta thawwad dan it-trab max-xorb taghmel dan ftit ftit kuljum, biex il-kunjata ma tidhirx li mietet f’daqqa. U haga ohra biex hadd ma jahseb hazin fik, aghmel hbieb maghha mill-lum stess. Ibda’ hu hsiebha u qatt tmeriha, anzi tbissmilha u aqbel maghha anke jekk dak li tghidlek ma tkunx taqbel mieghu.”

Ghamlet kif qalilha missierha u bil-ftit il-ftit bdiet issaltan il-paci u Nita bla ma saret taf kif, saret thobbha daqs ommha, hekk li marret tigri ghand missierha u talbitu xi haga kontra l-velenu ghax ma riditx li l-kunjata taghha tmut. Meta missierha sema’ hekk, tghidx kemm dahaq. “Binti jiena mhux velenu tajtek izda zokkor mithun.”

 

MORALI: KULL PERSUNA GHANDHA KARATTRU DIFFERENTI U GHALHEKK BOSTA DRABI JIGRI LI JINQALGHU XI DIFFERENZI HEKK LI TKUN HAGA TQILA, IZDA MHUX IMPOSIBBLI LI WIEHED JIFHEM LIL IEHOR.  LI NCEDU U NHABIRKU LI NIFHMU IZJED LIL XULXIN ZGUR LI JGHIN BIEX NGHIXU FIL-PACI U L-KALMA.

 

 

Make a free website with Yola