jesusandmary

 


IT-TAJRA

 

Missier ha lil ibnu ghall-festival tat-tajr. It-tifel stghageb jara s-smewwiet kollha tajr kulurit dejjem telghin ‘l fuq maz-ziffa helwa tal-jum. Sam talab lil missieru biex jixtrilu wahda halli hu wkoll itajjar it-tajra ma’ l-ohrajn. Il-missier mar fuq sid il-hanut armat fil-park b’hafna tajr ta’ kull kwalita’ u kulur u talbu tajra fimklien ma’ roll spag.

Ma damx wisq biex t-tifel tajjar it-tajra u aktar ma kien jerhilha spag aktar kienet titla’ ‘l fuq. Meta l-ispag wasal fit-tarf Sam qal lil missieru :” Pa, jidher li l-ispaga qed izomm it-tajra milli tkompli titla’ ‘l fuq. Jekk naqtughha t-tajra tkun libera u tista’ tkompli tiela’ ‘l fuq. Mhux hekk?”

Missieru kkuntentah minkejja li kien jaf li ibnu ser jitlef it-tajra, imma ried jaghtih taghlima. Ghamel kif xtaq ibnu u malli qata’ l-ispaga t-tajra kompliet tiela ’l fuq u ‘l fuq sakemm f’daqqa wahda r-rih baram it-tajra u din daret wahda kbira u nizlet sparata fuq bejt ta’ bini zdingat.

“Missier, hsibt li jekk naghtuha l-liberta’ it-tajra titla’ ‘l fuq. Imma ghall- kuntrarju waqghet u nahseb li tkissret b’dik it-tisbita kollha minn dak l-gholi. Imma ghaliex waqghet?” staqsa Sam.

U missieru bil-pacenzja kollha spjegalu: “ Ibni fil-hajja ahna nahsbu li xi hwejjeg li ahna marbuta bihom qed jimpeduna milli nkomplu naghmlu passi ta’ progress. L-ispaga ma kienitx qed izzomm it-tajra milli titla’ aktar ‘l fuq, izda kienet qed tikkontrollha biex tibqa’ fl-istess gholi. L-ispaga kienet l-ghajnuna biex it-tajra titla’ l-fuq u dejjem tiehu d-direzzjoni tar-rih. Meta qtajt l-ispaga, it-tajra waqghet ghaliex is-sapport li kont qed tipprovdilha nehhejtulha.”

Dak il-hin ibnu fehem li kien ghamel zball.

 

MORALI: KULTANT NAHSBU LI XI RBIT LI GHANDNA, PER EZEMPJU MAL-FAMILJA JEW ID-DAR QED IKUN TA’ XKIEL BIEX AHNA NIMXU ‘L QUDDIEM. PERO’ NINSEW LI L-MAHBUBIN TAGHNA HUMA DAWK LI JAGHTUNA SPALLA WAQT IL-HEMM TAGHNA U ANKE JINKORAGGUNA BIEX NIMXU VERAMENT FIT-TRIQ TAL-PROGESS. MA HUMIEX QED IZOMMUNA, IZDA JGHINUNA. QATT TITBIEGHED MILL-IMHABBA U KURA TAGHHOM

 

 

Make a free website with Yola