jesusandmary

IT-TEZOR MISRUQ

Ragel xhih heba’ id-deheb kollu li kellu f’post sigriet fil-gnien tieghu. Kuljum kien imur fil-mohbi, jaqla’ it-tezor u jghoddu bicca bicca biex ikun zgur li ghadu kollu hemm.  Hu kien jahseb li hadd ma hu qed jarah, izda halliel kien ilu josservah li jmur f’dik ir-rokna tal-gnien.  Il-halliel ikkonkluda li x-xhih kien heba’ xi haga prezzjuza u lejla wahda dahal fil-gnien u seraqlu dak kollu li kellu mohbi.

Meta x-xhih induna bit-telfa tat-tezor tieghu ghela’ ghal ahhar. Huwa beka’ u qatta xaghru. Wiehed li kien ghaddej meta semghu jokrob staqsieh x’gara.

“Id-deheb, id-deheb, “ ghajjat ix-xhih, “ xi hadd seraqni.”

“Id-deheb? U inti poggejt id-deheb f’dik it-toqba? Ghaliex ma zammejtx id-deheb kollu li kellek fid-dar minn fejn inti stajt tuzah meta kien ikollok bzonn?”

“Ikolli bzonn?,” werzaq ix-xhih. “ Jiena qatt ma missejtu dak id-deheb. Anqas biss qatt hsibt li nuzah.”

Ir-ragel gabar gebla kbira u tefaghha fit-toqba. “Jekk dak huwa l-kaz,” qallu r-ragel,” ghatti dik il-gebla. Dik tiswielek daqs it-tezor li tlift.”

 

MORALI: LI GGEMMA’ U TONFOQ BIL-GHAQAL HUWA SINJAL TAJJEB JEKK TAGHMEL DAN BI SKOP TAJJEB.

DAK KOLLU LI WIEHED IKOLLU JISWA’ BISS DAQS L-UZU LI JIXTIEQ JAGHMEL MINNU.

.

Make a free website with Yola