jesusandmary

L-ISKUTELLA TA’ L-INJAM.

 

Ragel anzjan mar jghix ma’ ibnu, martu, u n-neputi ta’ erba’ snin. Idejn ix-xih kienu jirtghodu, il-vizta kienet dghajfa ghal ahhar u kien spiss jitfixkel meta kien jaghmel xi passejn. Ir-roghda ta’ idejn kienet tfixklu biex jiekol u mhux l-ewwel darba li kisser it-tazza, jew waqghalu xi ikel fl-art.

Ibnu u martu kienu irritati ghal ahhar. Allura ftehmu li lilu jaghmlulu mejda f’rokna biex ma jtellef lil hadd. Missieru qalbu sewda u fis-skiet kien jiekol ghalih wahdu u billi kien kisser xi platt jew tnejn kienu jaghtuh jiekol go skutella ta’ l-injam. Ma kienx jonqos li kien imdejjaq hafna jiekol ghalih wahdu. Darba n-neputi tieghu qal lil ommu u lil missieru : “ Ghaliex in-nannu waqt li jiekol gie li jikbi?”

Kellu ragun jaghmel dik il-mistoqsija ghax rah aktar minn darba b’xi demgha niezla ma’ haddejh. “ Forsi qed jiftakar f’xi haga li tnissillu d-dwejjaq,” gidbulu l-genituri tieghu. Imma t-tifel zamm kollox mistur fih.

Jum wiehed wara l-ikel missieru u ommu rawh jilghab b’xi bicciet ta’ l-injam li sab fil-gnien. U staqsewh x’kien qed jaghmel. U bl-innocenza kollha wegibhom: “ Qed naghmel skutella ta’ l-injam ghalikom biex fiha tieklu meta jiena nikber.”

Kliemu tant laqathom fil-laham il-haj li baqghu bla kliem. Imma s-soluzzjoni kienu jafu x’inhija.

Filghaxija qabdu idejn missierhom u haduh fuq l-mejda taghhom biex jieklu ilkoll flimkien bhala familja wahda. L-iben u martu qatt ma taw kaz aktar li l-missier kien ikisser xi platt jew iwaqqa’ l-ikel fl-art jew itabba’ it-tvalja.

MORALI: WIEHED JAHSAD DAK LI JIZRA’ . HI X’INHIJA R-RELAZZJONI TIEGHEK MAL-GENITURI TIEGHEK, META JIGU NIEQSA, INTI THOSS IN-NUQQAS TAGHHOM. DEJJEM IRRISPETTHOM, U HU HSIEBOM U HOBBHOM.

 

Make a free website with Yola