jesusandmary


ID-DESTIN TA’ GWERRIER.


Gwerrier gappuniz maghruf jismu Nobunaga kien qed ihejji biex jiggieled ma’ l-ghadu kbir tieghu b’armata zghira paragunata ma’ dik ta’ l-ghadu tieghu – kellu biss suldat wiehed ghal  kull ghaxar li l-ghadu tieghu kellu.

Kien jemmen li seta’ jirbah il-battalja bi pjan imhejji bil-ghaqal, imma s-suldati tieghu kellhom id-dubju taghhom.

Fi triqtu lejn il-kamp tal-battalja huwa waqaf gewwa Shinto u qal lin-niesu: “ Wara li jiena nitlob gewwa dan is-santwarju, jiena ngholli munita. Jekk tigi wicc ahna nirbhu, jekk gejjen nitilfu. Id-destin jzommna f’idejh.”

Nobunaga dahal fis-santwarju u talab. Imbaghad hareg barra u gholla munita quddiem is-suldati tieghu. Laqaghha fil-wicc ta’ idu u wrieha lis-suldati. Kienet tidher li giet wicc. Is-suldati ntlew b’tama gdida u qawwija fil-mexxejj taghhom.

Iggieldu bi qlubija u kuragg kbir u r-rizultat kien wiehed posittiv. Kantaw vittorja.

Wiehed mill-uficcjali tieghu qallu wara l-battalja: “ Hadd ma jista’ jbiddel l-id tad-destin.”

“Tassew,” wiegbu Nobunaga u wrieh li l-munita kellha zewgt ucuh l-istess.

MORALI

INTI BISS TIDDECIEDI IL-PERSUNA LI TRID TKUN.

 


Make a free website with Yola