jesusandmary

IL-HABEL TA’ L-ILJUNFANT


Wiehed ragel kien ghaddej minn kamp ta’ l-iljunfanti u nduna li dawn l-annimali ma kienux maqfula f’gaggeg jew kellhom xi katina marbuta ma’ saqajhom.

Dak kollu li kien qed izommhom milli jaharbu mll-kamp kien bicca habel zghira marbuta ma’ wahda minn saqajhom.

 Kien imhawwad ghaliex l-iljunfanti ma kienux juzaw is-sahha kibra taghhom biex jaqtghu il-habel u jaharbu. Setghu jaghmlu hekk facilment, imma madankollu ma ppruvawx.

Kurzjuz biex isib twegiba saqsa li dak li kien jiehu hsiebhom ghaliex l-iljunfanti qatt ma kienu jippruvaw jaharbu.

Dak wiegbu: "Meta jkun ghadhom zghar ahna nuzaw l-istess qies ta’ habel biex norbtuhom u dak ikun bizzejjed biex izommhom milli jaharbu. Huma jikbru f’din il-kundizzjoni bil-hsieb li ma jistghu jaghmlu xejn biex jaharbu. U jemmnu li dak il-habel jista’ jibqa’ jzommhom prugunieri u allura qatt ma jippruvaw li jiksbu l-helsien.”

Ir-raguni unika li l-iljunfanti jibqghu prugunieri huwa l-fatt li matul iz-zmien jghixu t-twemmin li d-destin taghhom hu li jibqghu fil-kalzri.

Morali:

Izzommok kemm izzommok lura d-dinja, dejjem emmen li dak li tixtieq takkwista huwa possibbli. Li temmen li inti jista’ jkollok success f’hajtek hija l-aktar haga mportanti biex tirnexxi.

 

Make a free website with Yola