jesusandmary


KIF THARES LEJN IL-PROBLEMI TAL-HAJJA?

 

 Darba professor tal-psikologija kien qed jesponi  l-principji fuq l-istress management lil istudenti tieghu migbura quddiemu  fl-uditorium  ta’ l-Universita’.

Huwa gholla tazza mimlija nofsha ilma u mexa’ biha quddiem l-istudenti. Kulhadd haseb li l-professur ser jistaqsihom il-mistoqsija tipika dwar it-tazza nofsha vojta jew nofsha mimlija u jistenna twegiba minghandhom.  Imma bi tbissima fuq fommu qalilhom: “Kemm hi tqila din it-tazza li qed inzomm f’idi?”

Il-frixa tat-twegiba taghhom kienet ta’ it-tmien u l-hmistax -il uqija.

“Mill-perspettiva tieghi,” qalilhom il-professur, “it-toqol assolut tat-tazza huwa nsinifikanti. Kollox jiddependi kemm indum inzomm it-tazza.  Jekk inzommha ghal tlett jew erba’ minuti it-toqol taghha jkun pjuttost hafif. Jekk inzommha ghal siegha, drieghi jugghani xi ftit. Izda jekk inzommha ghal jum shih, dirghajja jittarrax u jipparalizza ruhu, hekk li jkolli nwaqqa’ it-tazza ma’ l-art. F’kull kaz it-toqol tat-tazza ma jimbidilx imma aktar ma nzommha f’idi aktar inhoss li qed titqal.”

U filwaqt li l-istudent kollha qablu mieghu u raw kemm ir-ragunament tieghu kien perfett, huwa kompla jghidilhom: “ L-istress u l-problemi taghkom huma bhal din it-tazza ta’ l-ilma: ahseb fihom ghal ftit u xejn ma jigri,  dum aktar ahseb fuqhom u thossok xi ftit inkwetat, imma hallihom jirkbuk il-jum kollu u tara kif ikidduk hekk li bhal rizultat tara li ma tista’ taghmel xejn u jfixkluk.

Morali

Thalli qatt li l-problemi tieghek jirkbuk ghax minn hajtek taghmel dizastru. Studja kif tista’ issolvihom, u jekk ma jirnexxilekx itlob parir izda qatt u qatt tinghalaq fik innifsek bihom fuq mohhok.

 

Make a free website with Yola