jesusandmary


IR-RAGEL LI THASSEB FUQ MARTU


Darba kien hemm koppja li ghal ghexiren ta’ snin kienu jghixu ferhana u maqghudin flimkien. Imma minn xi zmien ‘l hawn ir-ragel beda’ jhossu preokkupat ghal martu ghax beda’ jinnota li martu ma baqghetx tisma’ bhal dari. Haseb li kellha bzonn ta’ hearing aid imma  ma kienx jaf kif ser jghidilha billi ma riedx joffendiha. 

Mar ghand it-tabib tal-familja u talbu suggeriment. It-tabib qallu biex joqghod 40 pied ‘l boghod minn martu u jitkellem bil-mod normali tieghu. “Osserva jekk tismghax jew le,” kompla it-tabib,” jekk le naqqas id-distanza ghal 30 pied, imbaghad ghal ghoxrin u ibqa’ sejjer hekk sakemm ikollok twegiba. Id-distanza taghtik indikazzjoni dwar il-htigijiet tal-hearing aid.”

L-ghada zewgha ghamel kif  qallu t-tabib. U minn 40 pied ‘l boghod staqsa lil martu li kienet fil-kcina qed issajjar: “Joann, x’ghandna llum ghal ikel?” u qaghad jistenna risposta. Imma risposta ma waslitx.

Resaq aktar fil-qrib kif qallu t-tabib u staqsa mill-gdid lil martu: “Joann x’ghandna llum ghal ikel?” U ma rcieva ebda risposta.

Imbaghad resaq warajha u staqsiha: “ Joann, x’ghandna x’nieklu ghal nofsinhar?”

Martu nnervjat xi ftit u b’lehen xi ftit gholi aktar minn tas-soltu wegbitu: ” John din hija l-hames darba li staqsejtni. Tigieg bil-curry. Thobbha hafna inti.”

MORALI

HAFNA DRABI L-PROBLEMA MA TKUNX TA’ HADDIEHOR, IMMA TKUN GEJJA MINNA.



Make a free website with Yola