jesusandmary


IS-SIGRA TAL-BAMBOO

 

 Kien hemm ragel li hass li l-hajja taghtu wisq fuq wiccu u tant qata’ qalbu li ddecieda li jirtira fid-dezert. Hemm iltaqa’ ma’ eremita u r-ragel qasam id-dwejjaq tieghu mieghu.

“Aghtini raguni wahda, wahda tafx, biex jiena ma naqtax qalbi mill-hajja,” staqsieh ir-ragel.

L-eremita wiegbu: “ Qed tara dawk iz-zewg sigriet, wahda tal-bamboo u l-ohra tal-felci?” filwaqt li ippuntatlu subghajh lejhom.

“Iva,” qallu r-ragel.

U kompla l-eremita: “ Meta zrajt iz-zerriegha tal-felci u tal-bamboo hadt hsiebhom hafna. Kont insaqqihom kuljum, attent ukoll li ma nifqahomx bl-ilma. Fi ftit zmien il-felci kibret u saret pjanta sabieha hafna. Imma minkejja li tajt l-istess attenzjoni lill-Bamboo mhux talli ma kibritx talli anqas biss spuntat. Fl-ewwel sena xejn ma gara. Ma kien hemm ebda sinjal ta’ hajja tal-bamboo.  Imma ma qtajtx qalbi. Kompljet niehu hsiebha u nsaqqiha kuljum. Mal-hames sena fraht hafna li rajt is-sigra tisponta mill-hamrija u fi zmien sitt xhur is-sigra twalet madwar mitt pied.”

“Is-sigra tal-bamboo kienet rieqda ghal erba snin shah biex imbaghad kibret b’mod ta’ l-ghageb fil-hames sena,” tenna l-eremita.

Ir-ragel ma tkellimx. “It-twegiba hija ovvja.Is-sigra tal-bamboo kienet qed tikber taht l-art, u tizviluppa s-sistema taghha ta’ l-gheruq biex tikber b’sahhitha u tohrog sabieha fil-hames sena. Li kieku s-sigra ma zviluppatx is-sistema taghha bil-mod il-mod skont in-natura taghha, ma kienitx tibqa' hajja waqt li tikber.”

“Kont taf xejn li  tul iz-zmien li fih inti kont tiggieled bil-qawwa tieghek kollha u bis-sahha tieghek kollha inti kont qed tissahhah ghall-gejjieni?” qallu l-eremita.

Dak in-nhar ir-ragel tghallem lezzjoni. Tghallem il-valur li wiehed jippersisti u jahdem bil-kuragg


Make a free website with Yola