jesusandmary

IX-XIHA U L-FRIEKEN

Fil-gnien fejn Tumas kien imur jippassiga, hemm ghadira mdaqqsa  li fiha jghumu l-papri u xi frieken. Huwa dejjem kien jara mara anzjana bilqieghda fix-xifer ta’ l-ghadira.

Kien kurjuz hafna biex jara xi tkun taghmel dik il-mara u ghalhekk jum wiehed resaq fuqha u ra li kienet qabet go nassa tlett ifrieken u ohra kienet fuq hogorha. Lil din kienet qed toghrikilha  darha bi sponza. Saqsieha: “ Narak hawn kuljum, nista’ nistaqsik xi tkun qed taghmel b’dawn il-frieken?”

Tbissmitlu u wegbitu: “Qed innadfilhom il-qoxra ta’ daharhom fejn fuqha jingabar bosta algae (tip ta’ haxix.) Kull haga fuq dahar il-fekruna, sija algae kif ukoll hmieg iehor itellef lill-fekruna li tassorbi s-shana u anke l-hila li tghum hielsa. Tista’ ukoll tnaqqas is-sahha tal-qoxra ta’ daharha.”

“Wow,” wegibha,” Tassew haga sabieha li qed taghmel.”

U hija kompliet tghidlu: ”Haga stramba li qed naghmel, hux hekk taraha? Imma hija l-mod mhux tas-soltu tieghi biex naghmel differenza.”

Tumas qalilha mill-gdid:” Imma hafna frieken jghixu bil-haxix hajjithom kollha fuq daharhom.” U x-xiha rribattiet: “ Sfortunatament iva.”

Hawn Tumas bi kliemu donnu ried jindahal fejn ma kienx jesghu. Qalilha: “ Ma tahsibx li hinek tista’ tapplikah ahjar. 99 fil-mija ta’ dawn il-frieken ma jarawx nies ta’ qalb tajba bhalek biex inaddfulhom daharhom u allura fejn tara li l-att tajjeb tieghek jaghmel differenza?”

U bil-ghaqal kollu qaltlu: “ Sinjur kieku din il-fekruna li ghandi fuq hogri tista’ titkellem tghidlek li jiena ghamilt differenza ghaliha.”
Tumas ma tkellimx, sellmilha u telaq jahseb fuq dak li qaltlu x-xiha.

MORALI:

Atti tajba jistghu jbiddlu l-mod hazin kif sejra d-dinja. Tghidx dak li nista’ naghmel huwa tant insinifikanti li ma narax kif nista’ nibdel dak li hemm madwari. Aghmel dak li tahseb  li hu tajjeb, u mill-ezempju tieghek haddiehor jista’ jitqanqal biex jikkopjak u t-tajjeb tieghek jizdied.


Make a free website with Yola