jesusandmary

KIF TISTA TKUN KUNTENT?


Zaghzugh xtaq li jitghallem kif isib il-kuntentizza u dan ried jaghmlu billi jiehu parir minghand bniedem ghaqli. Gera’ fuq li gera’ sakemm fl-ahhar sab il-bniedem ghaqli li kien jghix go kastell fuq il-quccata ta’ muntanja.

Iz-zaghzugh immagina li ser isib lil dan ir-ragel ghaqli jghix hajja kwieta f’dar modesta, imma kuntrarju sabu jghix go kastell fejn kien hemm hafna attivita’ ghaddejja fih. Nies tas-sengha gejjin u sejrin, ohrajn jitkellmu bejnithom fl-irkejjen, orkestra ddoqq muzika hafifa u baxxa u sahansitra mejda mimlija ikel bnin minn kull parti tad-dinja.

Il-bniedem ghaqli kien jitkellem ma’ kulhadd u z-zaghzugh kellu jistenna ghal xi sighat sa ma missu hu. Il-gharef sema’ b’attenzjoni dak li kellu jghidlu z-zaghzugh, dwar kif jista’ jsib u jgawdi l-kuntentizza.  Qallu wkoll li ma kellux cans jispjegalu s-sigriet tal-kuntentizza f’dak il-mument, pero’ talbu li jdur il-kastell u jammira s-sbuhija tieghu u jirritorna lura wara saghtejn. Tah ukoll kuccarina b’zewg qtar ta’ zejt fliwaqt li qallu: “ Kif tkun iddur il-palazz gorr din il-kuccarina mieghek u oqghod attent li ma twaqqax iz-zejt.”

Iz-zaghzugh dar u dar mal-palazz kollu, tela’ u nizel it-tarag bosta drabi, il-hin kollha ghajnejh fuq il-kuccarina li ma jmur jaqaghlu iz-zejt. Wara saghtejn irritorna ghand l-gharef. “Allura,” staqsieh l-gharef, “ rajthom dawk il-pitturi tant sbieh mahduma minn artisti renomati u t-tapizzerija belgjana mdendla mal-hitan tas-sala principali? Ghaddejt mill-gnien li l-gennien ilu jiehu kura tieghu 10 snin? U fil-librerija dhalt taghmel zjara lil dawk il-kotba antiki ta’ eluf ta’ snin ilu?”

Iz-zaghzugh thawwad u stqarr ma’ l-gharef li ma osserva xejn minn dan ghaliex il-hsieb tieghu principali kien li ma jwaqqghax iz-zejt.

“Allura erga’ ghamel id-dawra mill-gdid tad-dinja tieghi,”qallu l-gharef. Iz-zaghzugh ghamel kif qallu, gabar il-kuccarina u rega’ beda’ iz-zjara madwar il-palazz, din id-darba aktar konxju ta’ dak li kien hemm madwaru. Meta rega’ lura ghand l-gharef irrakuntalu dak kollu li ra sa l-inqas dettal. “Imma fejn huma l-qtar taz-zejt li jiena fdajtlek?” saqsieh l-gharef.

Iz-zaghzugh issa induna li kien waqqa’ iz-zejt. L-gharef qallu: “ Jiena, issa nista’ naghtik il-parir tieghi.  Is-sigriet tal-kuntentizza huwa li tara l-meravilji kollha tad-dinja, imma fl-istess hin ma tinsiex il-qtar taz-zejt fil-kuccarina.”


MORALI

Ghandek kull dritt li tgawdi onestament dak li toffri d-dinja, imma trid taqdi dmirek ukoll. Jehtieg li wiehed isib bilanc bejn kollox. Jehtieg li tiehu hsieb ix-xoghol tieghek u tibza’ ghalih u ma tinsiex ukoll il-familja u lill-proxxmu tieghek.

Hafna nies jinsew kollox u jigru wara dak li toffri d-dinja. Dawn ikunu qed jahlu hajjithom. Il-Bilanc huwa mportanti fil-hajja. Xoghol, familja, sahha u tgawdija huma lkoll ta’ htiega. Tkun xi tkun qed taghmel, ohloq bilanc; dak hu importanti hafna fil-hajja.

Il-veru sigriet tal-ferh u kuntentizza huwa fli wiehed jiehu interess genwin f’kull dettal tal-hajja ta’ kuljum


Make a free website with Yola