jesusandmary

 

L-ILJUN, IL-FENEK U C-CERVA

Il-jum kien shun hafna u l-iljun ma kellu xejn x’jiekol. Huwa hareg mill-ghar fejn kellu daru bil-hsieb li jahtaf xi priza jgorrha lejn l-ghar u hemm jiekolha fil-paci. Ma damx wisq jgharrex meta lemah fenek zghir u f’lehha ta’ berqa qabez fuqu u hatfu taht difrejh izda ma qatlux.

Qaghad jahseb ftit li dak il-fenek kien zghir wisq biex jaqta’ il-guh kbir li kellu.
Dak il-hin lemah cerva bil-ghatx tixrob mill-ilma ta’ l-ghadira, halla l-fenek jitlaq u nkiss inkiss beda’ miexi lejn il-priza tieghu jahseb li c-cerva kienet ahjar mill-fenek.

Ic-cerva ratu minn taht u f’kemm ili nghidlek lebbtet mill-periklu. L-iljun ma qatax qalbu u gera’ warajha. Imma l-heffa tac-cerva ssupperat il-giri ta’ l-ljun u wara ftit minuti qata’ qalbu u waqaf jistrieh.

Ic-cerva ghebet fil-foresta u l-iljun baqa’ b’xejn.

MORALI

Qatt ma ghandek tiffanga fil-gid izda  fittex dejjem li jkollok dak li hu normali u b’hekk ma jonqsok xejn.


Make a free website with Yola