jesusandmary


L-ISTATWA TA’ L-IRHAM

Go belt sabieha mimlija statwi u monumenti, kien hemm Muzew li l-art tas-sala principali tieghu kienet miksija kollha madum ta’ l-irham u statwa ta’ l-irham mill-isbah esebita fic-centru  ghall-wirja. Hafna nies minn kull parti tad-dinja kien jmorru jzuruh u jammiraw ix-xoghol sabih u professjonali ta’ l-istatwa. Lejla wahda l-madum ta’ l-irham beda’ jkellem lil istatwa ta’ l-irham.

Madum: Hoi, hemm statwa! ma tahsibx li mhux gust li kulhadd jammirak filwaqt li lili jinjorawni u jirfsu fuqi.

Statwa: Ghaziz hija, maduma, ma tafx li ahna attwalment gejjin mill-istess barriera.

Maduma: Da zgur li naf u ghalhekk inhossha haga ngusta. It-tnejn li ahna twelidna fl-istess barriera u madanakollu d-dinja tittrattana differenti. Haga tassew ingusta!

Statwa: Sew qed tghid. Imma ghadek tiftakar il-jum meta l-iskultur ried jahdem fuqek u inti rresistejtlu li juza’ l-ghodda.

Maduma: Iva. Ma kellix grazzja ma’ dak il-bniedem u anqas Ghandi kull meta jidhol fil-Muzew u jirfes fuqi. Kif kellu l-wicc juza’ dawk l-ghodda fuqi.

Statwa: Hekk hu, gialadarba ma ridtux ma setghax jahdem fuqek. Meta ddecieda li jcedi beda’ ix-xoghol tieghu fuqi. Batejt veru. Hallejtu jaghmel bija l-bicca xoghol li xtaq ghax kont naf li minni ser johrog kapulavur.

Maduma: Imma dawk l-ghodda kienu jwegghu.

Statwa: Dak hu l-prezz.  Batejt imma issa jiena qed ingawdi l-ammirazzjoni ta’ kulhadd. Jekk inti ma ridtx, ma tista’ tati tort lil hadd.

Il-maduma baqghet siekta u rajt li l-istatwa kellha mitt elf ragun.

MORALI
Aktar mal-hajja taf tkun iebsa mieghek, aktar titghallem mill-esperjenza. Qatt tiskoraggixxi ruhek minn xi hwejjeg li jigu kontrik.  Kompli pprova sa ma tirnexxi. Is-success jehtieg it-tbatija.

Make a free website with Yola