jesusandmary

TINTRABAT MA XEJN

 

Ragel anzjan kien jghix go villagg. In-nies tal-villagg kienu iddejqu bih ghaliex kien dejjem wicc ta’ dwejjaq u melankonija, dejjem igerger u qatt ma kien ikun f’burdata tajba. Aktar ma kien jghaddi zmien minn fuqu aktar kliemu kien joffendi. In-nies kienu jaharbuh ghaliex qatt ma kien jieqaf jitkellem fuq l-isfortuna. Il-presenza tieghu kienet tnissel atmosfera ta’ dieqa.

Imma meta ghalaq it-tmenin sena grat xi haga li ma titwemminx. Bdiet tigri x-xniegha li x-xih kien kuntent, waqaf igerger u wiccu dahqan u tbissima fuq fommu.

Tista’ tghid il-villagg kollu mar hdejh u staqsieh: “ Xi gralek illum?”

U wegibhom l-anzjan: “ Xejn specjali. Tmenin sena ili nigri wara l-kuntentizza u kien kollu ghal xejn. U fl-ahhar iddecidejt li nghix minghajr il-kuntentizza u ngawdi l-hajja kif tigi. Ghalhekk jiena ferhan u kuntent illum u hekk bi hsiebni nibqa’”.

Morali

Tintrabat ma xejn. Kun kuntent b’xortik ghax kif kien jghid il-qaddis malti San Gorg Preca : Sono content della mia sorte. Hu l-hajja kif tigik kuljum.

Make a free website with Yola