jesusandmary

IT-TAHBIT JAGHMEL MILL-BNIEDEM PERSUNA B’SAHHITHA

 

Darba wahda ragel sab farfett li kien ghadu ser johrog mill-fosdqa. Qaghad bil-qieghda u hares ghal sighat twal lejn il-farfett hekk kif dan kien qed jithabat biex johrog minn toqba zghira. Imbaghad f'daqqa wahda waqaf jipprogressa u deher li wehel. Ir-ragel gietu hniena u ddecieda li jghin lill-farfett johrog barra sabiex ikun jista' jtir. Gab imqass u qata' il-bicca tal-fosdqa li kien fadal. Il-farfett seta' johrog facilment, izda kellu l-gisem tieghu minfuh, zghir u gwienah nexfin.

Ir-ragel qatt ma haseb fuq dan u qaghad jistenna jiem shah biex jara li l-gwienah jisvillupaw u jikbru. Izda dan qatt ma sehh.

Il-farfett qatt ma seta' jtir hajtu kollha. U ghaddha hajtu jitkaxkar  ma' l-art bi gwejnah zghar u gisem minfuh.

Minkejja li dak ir-ragel kien ta' qalb hanina ma seta' qatt jifhem li dak it-tahbit kollu tal-farfett biex johrog  minn toqba zghira fil-fosdqa kienet it-triq naturali tieghu. Il-process naturali, kif halqu Alla, hu li l-fluwidu johrog mill-gisem tal-farfett u jmur fil-gwienah tieghu halli jhejjih biex itir darba jkun liberu mill-fosdqa.

 Tghallem li t-tahbit tal-hajja jaghmel mill-bniedem persuna b'sahhitha. L-esperjenza li jakkwista l-bniedem meta jithabat mal-problemi thejjih biex ma jcedix quddiem id-diffikulta’ tal-hajja.

Make a free website with Yola