jesusandmary

L-ERBGHA STUDENT MINGHALIHOM BRAVI


Erbgha student ta’ kullegg gholi damu fit-tard hafna matul il-lejl jixxalaw f’party u ghaldaqstant ma kellhomx zmien ihejju ruhhom ghal l-ezami li kellhom joqghodu ghalih l-ghada filghodu. Imma l-ghada filghodu ftehmu fuq pjan.

Dehru quddiem il-headmaster tal-kullegg mahmugin u b’idejhom imcappsa bil-grease u z-zejt. Qalulu li l-lejla ta’ qabel kienu mistednin tieg u lura infaqghalhom tyre u kellhom jimbuttaw il-karrozza t-triq kollha. U ghaldaqsant ma kienux f’kundizzjoni li jaghmlu l-ezami.

Il-headmaster qaghad jahsibha ftit u qalilhom li l-ezami setgthu jaghmluh wara li jghaddu tlett ijiem. Irringrazzjawh u wegbuh li sa dak il-hin jkunu  mhejjija u lesti.

Fit-tielet jum dehru quddiem il-headmaster. Qalilhom li kull wiehed minnhom kellu joqghod ghal l-ezami f’kamra separata. Ma sabux diffikulta’ ghaliex kienu hejjew kollox fl-ahhar tlett ijiem.

L-ezami kien jikkonsisti f’zewg mistoqsijiet:

1. Ismek___________(punt wiehed biss)

2. Liema tyre infaqa’____________(99 punt)

Aghzel wahda minn dawn it-twegibiet: ta’ quddiem, ta’ wara, tal-lemin, tax-xellug.

Inhalli f'idejkom kif keshu dawk l-istudenti ghax kif jghid il-proverbju malti- inqlew f'zejthom


Qatt tghid kelma b’ohra. Tinqabad zgur. Kun responsabbli ta’ ghemilek.



Make a free website with Yola