jesusandmary

AHFER BIEX JINHAFIRLEK


Tlett snin ilu habiba qalli xi haga li wegghitni fil-fond. Bqajt miblugha u ma kellix kliem x’inlissen. Anqas qatt ma ridt nemmen dak il-kliem.  Meta ratni li bqajt siekta, habibti qaltli: “Inhobbok u ma rridx narak offiza.” Il-hsieb tieghi kien li jekk thobbni, kif setghet qatt tghid dak il-kliem fuq xi hadd li kont inhobb b’ghajnejja maghluqa.  Imma bqajt ma ghidt xejn.

Ghaddew jiem u gimghat u dak il-kliem baqa’ quddiem mohhi.  Tlabt biex naghraf il-volonta’ ta’ Alla u hsibt li hfirtliha, imma ma stajtx ninsa.  Sahansitra ghaddew ix-xhur. U kont insejt l-offiza, ghalkemm qabel norqod kienu jiguni xi hsibijiet fuq dak l-incident. U kull meta kien jigri dan, il-lejl tieghi kien ikun bla mistrieh.

Ghaddew sentejn u bdejt niddubita jekk tassew kontx hfirt. Iddicidejt li naffrontaha u nkellimha u nistqarrilha kemm kliemha kien ta’ offiza. Qabel ma kellimtha ridt nahseb seww x’ser nghidilha ghaliex bi kliemi ma ridx naghmel dak  li ghamlet lili. U fuq kollox ma nafx jekk baqghitx tiftakar dak li kienet qaltli.

Tlabt lil Alla biex jilluminani x’ghandi nghidilha.  Wara erbat ijiem nitlob bdejt nahseb li Alla ma semghanix.  Imma f’daqqa wahda kollox deher car quddiemi.  It-twegiba ta’ Alla kienet din: TGHIDX XEJN. AHFER. U minn dak il-hin hassejt paci kbira f’qalbi. U qatt aktar ma kelli ljieli li fihom ma stajtx norqod.


Kultant ahna nghidu kliem li bih noffendu lil xi hadd. Nehtiegu l-mahfra; pero’ nehtiegu wkoll li nahfru. Nitolbu lil Alla biex jaghtina l-grazzja tieghu biex nahfru lil min hu hati ghalina.  

Meta tahfer tikseb il-paci tal-qalb ghaliex il-hsieb ta’ tpattija ma jibqghax jghawwar fina. Hekk nimxu ‘l quddiem fil-hajja tar-ruh. Niftakru li Alla ghandu x’ jahfrilna u jahfrilna bil-bosta. Mela zomm quddiemek dan il-principju: Imxi mal-proxxmu tieghek kif trid li Alla jimxi mieghek.


Make a free website with Yola