ALLA HU S-SALVAZZJONI TIEGHI
B’Alla maghna hadd ma hu kontra taghna.
Wara li nirien kbar ghamlu herba minn parti ta’ Yellowstone National Park, il-gwardjani tal-Park bdew jaghmlu rendikont tal-hsarat. Gwardjan sab ghasfur mahruq taht sigra. Id-dehra messitlu qalbu u bil-bastun li kellu f’idejh warrab l-ghasfur. Hekk kif missu minn taht gwejnah l-omm hargu tlett ifrieh jigru hfief hfief.
Ommhom li gharfet id-dizastru li kien gej garret il- frieh taghha taht is-sigra u ghattithom bi gwenhajha ghaliex l-istint taghha gharrafha li id-duhhan kien ser joqtolhomlha.
Setghet ittir fejn periklu ma kienx hemm, imma irrifjutat li taghmel dan u tabbaduna iz-zghar taghha. Meta in-nirien waslu qrib, is-shanat taghhom qatluha imma ppreferiet li tmut u ssalva iz-zghar taghha.
Kemm hu preciz u f’waqtu l-kliem tas-Salmista meta jikteb:
[S:91:4] Bir-rix tiegħu jgħattik,
u taħt ġwenħajh tistkenn,
għax tarka u kurazza l-fedeltà tiegħu.
Tassew li Alla hu t-tarka taghna u l-fortizza taghha ghaliex hu jiddefendina minn kull hazen ta’ dnub, basta nigru ghal ghandu biex nistkennu taht gwenhajh.