jesusandmary

 

 

Alla u d-Deheb

Ragel ta’ hajja qaddisa kien jghix maghqtuh ghalih wahdu f’eremitagg imdawwar ma’ xi student li xtaqu jghaddu hajja fil-kwiet u solitudni jaqdu lil Alla. Billi kellu hafna taghrif siewi fuq il-medicina naturali, hafna nies fqar tal-villaggi vicini kienu jmorru ghandu biex ifejjaqhom. Hu kien jaghmel hekk minghajr

ma jiehu sold wiehed biss minghandhom.

Lejla wahda meta r-rih kien kemmxejn qawwi gie zaghzugh jigri ghandu mill-villagg u talbu l-ghajnuna billi missieru waqt li kien jahdem ghall-festa tal-villaggu jarma l-faccata tal-knsija hassu hazin u gabuh id-dar. L-eremita gabar l-medicina go borsa u erhilha ghad-dar tal-pazjent.

Ordna lil wiehed mill-istudenti tieghu biex jakkumpanjah. Fl-istess hin tah musbieh u wissieh biex igibu mieghu halli jkun dawl ghat-triq, imma fl-istess hin wissieh biex joqghod attent li r-rih ma jitfilhux il-fjamma u anqas ma jwaqqa’ zejt fit-triq.

L-istudent mexa’ fuq quddiem u l-eremita u z-zaghzugh mxew warajh. Waslu fit-tarf tal-foresta u dahlu fi sqaq fejn kien jghix il-marid. Fil-boghod setghu jilmhu d-dwal tal-festa bil-faccata tal-knisja mixghula b’ilwien mill-isbah. L-eremita invizta l-marid u tah il-medicina adatta. Ta xi ordnijiet lill-familjari tal-pazjent kif u meta ghandhom jaghtuh il-medicina u telaq flimkien ma’ l-istudent. Imbaghad irritorna lura lejn id-dar tieghu fl-eremitagg, imma din id-darba kienu hu li ried izomm il-musbieh u l-istudent jimxi warajh.

Meta waslu d-dar l-eremita staqsa lil istudent dwar id-dwal li raw fil-boghod. Dan wiegbu li ma setax la jara u anqas jgawdi d-dwal u d-dekorazzjonijiet billi kien qed ihares lejn il-musbieh biex ma tintfilux il-fjamma u anqas iwaqqa’ iz-zejt kif kien wibbu l-imghallem tieghu. “Imma stajt ingawdi dak li kien hemm quddiemi u madwari meta konna gejjin lura.”

L-imghallem eremita wiegbu: “ Inti ma stajtx tgawdi dak ta’ madwarek waqt li konna sejrin ghand il-marid, izda stajt tgawdi meta konna gejjin lura. Dan jghallimna lezzjoni mportanti. Ma nistghux naghtu l-attenzjoni taghna lil Alla u lid-Deheb f’qies indaqs. Jekk trid tkun ma’ Alla ahrab dak kollu li hu tad-dinja u li jfixlek. Jekk inti mohhok fil-pjaciri tad-dinja, ma tistax ikun mohhok f’Alla. Jekk l-ghan tieghek hu li tghogob lil Alla halli l-gid warajk u igbor gid iehor ghalik billi taqdi l-proxxmu tieghek fil-bzonn. Hadd ma jista’ jaqdi zewg sidien ghax jew ihobb lil wiehed u jobghod lil iehor, jew ikun leali lejn wiehed u jobghod lil iehor. Ma tistax isservi lil Alla u lix-xitan.”

Make a free website with Yola