jesusandmary

 

EDMUND HILARY

Edmund Hilary hu l-ewwel persuna li xxabbat u lahaq il-quccata ta' l-ghola muntanja tad-dinja, l-Everest. Dan ghamlu ma' Norgay Tenzing fid-29 ta' Mejju 1953. Matul is-snin hafna kienu ix-xabbaturi tal-muntaniji minn nazzjonijiet differenti li ippruvaw jitilghu ma' din il-muntanja gholja 29035 pied. Sahansitra jinghad li xi whud hallsu madwar 65,000 dollaru biex ikollhom gwida u jiftahru li kellhom dan l-unur li jilhqu l-quccata ta' l-Everest.

Edmund kien minn New Zealand u l-kumpann tieghu Tensing Norgay kien mit-tribu tax-Sherpa fejn tinsab din il-muntanja. Qabel l-attentat ta' Edmund u Tensing kien hemm 10 tentattivi ohra li lkoll fallew. Ta' dan l-avveniment ir-Regina kienet zejnitu bit-titlu ta' Sir. Kien mizzewweg u kellu tlett itfal Peter, Sarah u Belinda. L-ahhar tnejn mietu f'disgrazzja ta' ajru meta l-ajruplan li fuqu kienu qed jivvjaggaw fi triqom ghal ghand missierhom biex jghinuh fl-isptar li kien qed jibni ghall-beneficcju tat-tribu tax-Sherpas, iggarraf.

Il-missier dam hafna ma hareg mix-xokk. Meta jum wiehed gie mistoqsi minn xi hadd liema kien l-aqwa mument f'hajtu ma wegibx r-rebha ta' l-Everest izda l-ghajnuna li ta lix-Sherpas bil-hafna progetti li ghamillhom, fosthom bini ta' skejjel, sptarijiet, sistemi ta' l-ilma, pontijiet, tilqim, bini ta' airstrips etc.

Il-lum it-tribu tax-Sherpas jinsab jghix hajja decenti. Huma sinjali li Sir Edmund kien ser jibqa' jgorr mieghu.

Zgur li l-Mulej Gesu' li qal li min jaghti tazza ilma lil wiehed min dawn iz-zghar ma jibqghax minghajr il-hlas taghha, mhux ser jhalli minghajr premju lil min jaghmel gid lill-proxxmu tieghu fil-bzonn. Fil-proxxmu taghna ghandna naraw ir-ritratt ta' Kristu qed jitlob il-hniena. U din il-hniena ahna nkunu qed nuruha ma' Kristu fil-bzonn. "Dak kollu li intom ghamiltu mal-proxxmu taghkom qiskom ghamiltuh mieghi. - Gesu' Kristu

Make a free website with Yola