jesusandmary

EJJEW NIGRU FIX-XITA

 


Kienet qieghda ma’ ommha tixtri mis-supermarket. Ma kellhiex aktar minn 6 snin din it-tifla, wicc pingut ta’ l-innocenza.

Barra kienet niezla xita qawwija u flimkien ma’ bintha kienet qed tistkenn fil-bieb tas-supermarket biex tbatti ftit ix-xita biex imbaghad, b’girja wahda johduha ghall-parking area. Kemm gergru n-nisa tad-dar ghax qalu li dik ix-xita qed ittellifhom hafna mix-xoghol li kellhom jaghmlu.

“Ma, ejjew nigru wahda fix-xita,” qalet it-tifla lil ommha.

“X’inhuwa?” staqsiet l-omm.

“Ejjew nigru wahda fix-xita, “ irrepetiet it-tifla.

“Ma tarax, binti , ara kif insiru flieles !  Inhalluha tieqaf ftit imbaghad nohorgu.”

Wara li stenniet ftit, it-tifla regghet qalet lil ommha: “Ejjew nigru wahda fix-xita.”

“Insiru ghasra,” wiegbet l-omm.

“Imma filghodu mhux hekk ghidt, ma,”

“Dalghodu? Meta ghidtlek li nistghu nigru fix-xita u ma nixxarbux?”

“Ma, tiftakarx meta kellimt lil missieri fuq il-marda tieghu u ghidtlu: Jekk Alla jghaddina minn din il-burraxka, jghaddina minn kollox.”

Kull min semaghha baqa’ issummat u waqa’ silenzju kbir.

 Ommha rat li jekk tohrog hafna jqisuha belha, imma dak il-hin rat li kien il-mument li bintha tissahhah u tikber fil-fidi  li bil-mod il-mod kienet qed tizviluppa fit-tifla taghha.

“Ghaziza ghandek ragun.  Ejjew nigru fix-xita. Jekk Alla jrid li nixxarrbu, jfisser li jrid jaghtina hasla ghax ma ahniex indaf,” qalitlha ommha.

Kulhadd ghamel bhalhom, gera’ u ghadda minn bejn il-karozzi u cafcaf fl-ghadajjar ta’ l-ilma. Ilkoll ixxarrbu, ilkoll werzqu u ghajtu u dahqu bhat-tfal fi triqthom biex isibu l-karrozza taghhom.

Kemm hi sabiha l-fidi fit-tfal innocenti! Kemm jafdaw f’min hu akbar minnhom ghax jafu li dawn iridulhom il-gid biss!

Ahna ghandna xi dubju li Alla ma jixtieqilhiex biss il-gid? Allura ghaliex ma nafdawx fih bhal ma tfajjel jintelaq fi hdan missieru ghax jaf li hemm huwa ser jilqghu u ma hu ser jingrilu ebda hsara.?


Make a free website with Yola