FIS-SERVIZZ T'ALLA STENNA T-TBATIJA
Jum wiehed Gesu’ kien miexi ma’ Pietru gol-gnien taz-Zebbug fejn spiss kien imur jitlob ghalih wahdu fis-skiet. Kien zmien iz-zebbug u s-sigar kienu mimlija frott. Ghalhekk Gesu’ qal lil Pietru: “Tridx naqtghu ftit zebbug u nehduh maghna d-dar?”
“Kif trid inti mghallem,” wiegeb Pietru.
“Mela naghmlu hekk Piet. Jiena nitla’ fuq is-sellun naqta’ z-zebbug u inti ibqa’ hawn isfel ilqa’ gol- mantell dak li nitfaghalek,” qallu Gesu.
“ Kif tghid inti mghallem,” wiegbu Pietru.
Pietru nehha l-mantell minn fuq spalltu u beda jimlieh biz-zebbug li beda jitfaghlu Kristu. F’daqqa wahda jghaddu xi briganti u kif raw lil Pietru jimla’ il-mantell biz-zebbug qalu: “ Ejjew naghtu xebgha lil dak…hemm arah…….dak li qed jimla' iz-zebbug gol-mantell.” U kemm ili nghidlek qabdu jtuh u sawwtuh bil-kif, hekk li beda jokrob bl-ugieh.
Kristu meta nizel minn fuq is-sigra qal lil Pietru: “ Hemm xi gralek? Kif int migrugh? Mela mort tiggieled?” U Pietru rrakontalu dak kollu li ghaddha minnu.
Il-gimgha ta’ wara Kristu rega’ qal lil Pietru biex jaqtghu xi ftit zebbug iehor. U ghamlu, kif kienu hadmu l-gimgha ta’ qabel. Kristu fuq u Pietru isfel jilqa’ iz-zebbug. Regghu ghaddew dawk il-briganti u kif raw mill-gdid lil Pietru qabdu jtuh bl-addocc tant li bilkemm felah iqum. Meta Kristu nizel minn hemm qal lil Pietru: “ Mela ergajt laqqatha? Kif, bqajt qisek capsa u ma ghamilt xejn biex tiddefendi ruhek?”
Imma Pietru ma tkellem xejn ghaliex bilkemm felah iqum u jimxi lura lejn daru.
Il-gimgha ta’ wara regghu ghaddew mill-gnien taz-zebbug u Kristu stiednu jergghu jaqtghu ftit zebbug iehor. “Imma din id-darba inti itla’ hemm fuq u jiena noqghod hawn isfel nilqa’ z-zebbug li titfaghli.”
Pietru ghorok tnejn idejh u ferhan qal lil Kristu: “ Kollox seww Mghallem.”
U tela’ fuq is-sigra. Ghaddew il-briganti minn dik it-triq u qalu, “ Ejjew naghtu xebgha lil dak li qieghed fuq is-sigra u mhux lil dak ta’ hawn isfel, ghax dak diga tajnieh darbtejn.”
Ghalkemm din l-istorja hija hlieqa, pero’ turina li min ikun fis-servizz tal-Mulej mhux mehlus mit-tbatijiet.