jesusandmary

 

 

 FTAKAR DEJJEM U QATT TINSA LI....  

1.......Jekk wiehed ma jiddistakkax ruhu mill-hwejjeg tad-dinja ikun qed jipperikula li jitlef l-imhabba t'Alla li ahna obbligati nhobbu b'qalbna kollha, b'ruhna kollha u b'sahhitna kollha. In-nuqqas ta' distakk mill-hwejjeg temporali jista jiehu hafna forom, nghidu ahna  interess zejjed fil-passatempi taghna,  jew rikreazzjoni zejda quddiem it-televixin jew hwejjeg ohra  b'tali mod li dawn ma jhallulniex zmien biex nahsbu f'Alla u naqdu dmirijietna Lejh. Kristu bierek lil dawk li huma fqar fl-ispirtu anzi weghedhom il-premju tal-genna. Kollox ghandu jkun f'hinu u f'waqtu u kull haga li tqarribna lejn Alla nuzawha, kull haga li tbeghedna minn Alla naharbuha.

 2........Alla ma jisforza lil hadd biex jikkonverti. L-ewwel pass jaghmlu hu meta joffrilna l-ghajnuna tieghu. Imbaghad jkun imiss lilna li naccettaw l-offerta tieghu. "Ejjew ghandi intom ilkoll li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u jiena nserrahkom," jghidilna Gesu'.(Matt 11, 28) Mela l-ewwel qed jurina li lest jilqghana imbaghad jghidilna li ahna, minn rajna, nersqu Lejh. Meta nersqu lejn Alla irridu nersqu lejh b'qalb umli bhalma resqet lejh Marija Maddalena, San Pietru u tant midimbin ohra. Huwa ma jridx il-mewta tal-midneb izda li dan isalva. Gesu' jigri warajna bhalma ghamel ma Zakkew il-pubblikan li wara il laqa' l-istedina ta' Gesu minn halliel imbidel fi bniedem karittativ u generuz.

 3......Ghaqlin nissejhu jekk ahna nharsu u nwettqu t-taghlim ta' Kristu. Nkunu nixbhu lil dak ir-ragel ghaqli li bena daru fuq il-blat, qamu l-irwiefen, nizlet ix-xita u faru x-xmajjar u habtu kontra dik id-dar. Izda d-dar ma waqghitx ghax kienet mibnija fuq il-blat. Dawn l-opri qaddisa taghna isahhuna fil-qdusija u meta jigi Kristu f'jum u hin li ahna ma nafuhx jilqaghna fi hadnu bi tbissima jghidilna: "Serv tajjeb u fidil talli kont tajjeb u fidil fil-ftit jiena ser inqeghdek fuq il-wisq. Idhol fil-ferh ta' sidek."

Make a free website with Yola