FUQ IT-TREJN IL-HAZINA
Rum:6:21] Xi frott ħsadtu dak iż-żmien mill-ħwejjeġ li issa qegħdin iħammrulkom wiċċkom? It-tmiem ta' dawk il-ħwejjeġ hija l-mewt.
Jason kien qieghed fl-istazzjon tat-trejn bil-basket ta’ l-armata fuq spallejh. Il-kmandant tieghu qallu car li hu kellu jitla’ it-trejn bid-destinazzjoni mmarkata “Paci u Sliem.” Imma f’dak il-mument kien tant aljenat li nesa’ u ma tax kaz tal-parir li tah il-kmandant tieghu. Quddiemu ra trejn sabiha, lussuza u bla dubju komda li bla ma qaghad jahsibha darba darbtejn, qabad u tela’ fiha.
Sab ruhu fuq seat komdu u artab bl-attendenti tat-trejn iservu ikel u xorb bnin. It-trejn ma damitx ma telqet. L-ikel kien ifuh u tiekol kemm tiekol donnok ma tixba’ qatt. Imma fuq dik it-tren minkejja dik il-kumdita’ u z-zeghil ta’ attendenti ma kienx qed ihossu f’postu u komdu.
Ma damx wisq jivvjagga li ma ndunax li kien hemm problema. Kull ma ried kienu jtuh, izda kellu l-impressjoni li kienu lesti li jaqbzu fuqu. F’daqqa wahda gieh f’mohhu li seta’ kien fit-territorju ta’ l-ghadu. Fejn kienet sejra t-trejn? Ipprova jara d-destinazzjoni tat-trejn jekk kienitx “Paci u Sliem” izda ma ra xejn. Hadd ma ried itih informazzjoni. Induna li gie mqarraq u tela’ fuq trejn hazina.
Gieh hsieb li jaqbez, imma t-trejn kienet ghaddejja tigri hafna. Minkejja li staqsa ghall-waqfa li kien imiss, l-attendenti kollha injorawh, u minflok offrewlhu aktar x’jixrob.
Ftit wara t-trejn waqfet fi stazzjon li kien jixbah hafna lill- habs. Jason ipprova jahrab izda hassu mitluq u skopra li dik it-telqa kienet kollha effett tax-xorb u ikel li tawh. Qabduh u tefghuh go kamra mudlama, umda u kollha hmieg. Issa tassew kien maqbud f’nasba.
Ftakar li kellu radju fil-but u ghamel kuntatt mal-kmandant. “ Hadt it-trejn il-hazina u spiccajt f’nasba. Ma nistax nahrab. Ghinni. Jiddispjacini li ma smajtx minnek.”
“Ara ohrog ‘l barra issa,” sema’ l-vuci tal-kaptan.
“Issa?”
“Iva issa. Qed nistennik barra. Kont hdejk il-hin kollu, imma qaghdt nistennik tinduna bl-izball tieghek. Hallast lil ghadu biex nehilsek, zmien hafna ilu. Ma tiftakarx?”
Jason ghamel kif kien mitlub. U tassew li sab il-kmandant jistennih hdejn il-bieb u hadu lejn karrozza li biha telqu t-tnejn ‘l barra mit-territorju ta’ l-ghadu.
Kemm hi haga sabiha li terga thossok li inti liberu u mhux aktar ilsir. Kemm kien iblah li dahal fi trejn sabiha minghajr ma hares lejn fejn kienet sejra!
KEMM L-ISTORJA TAGHNA TIXBAH HAFNA LIL DIK TA’ JASON. JEKK NAGHTU KAZ TAT-TLELLIX TAD-DINJA U TAX-XITAN, IT-TMIEM TAGHNA IKUN DIZASTRU.
SATANA JURINA KIF NIKXFU L-BORMA IZDA MA JURINHIEX KIF NPOGGU LURA L-GHATU. QATT TIMXI FUQ IL-PARIRI TIEGHU, SBIEH KEMM HUMA SBIEH GHAX JGHARRALEK.
FUQ KOLLOX JEKK SFORTUNATAMENT NASLU BIEX NAGHMLU DAN, NARAW ID-DENI LI DHALNA FIH U NDURU LEJN KRISTU S-SALVATUR TAGHNA.