jesusandmary

 

  HADDAN IL-PERFEZZJONI

Meta kont ghadni zghira, ta' kultant ommi kienet taghmel xi haga hafifa ghal ikel wara jum xoghol iebes fid-dar. Niftakar lejla wahda ommi poggiet platt bil-bajd u zalzett u zewg kisriet hobz mahruqin flok ittostjati kif ghandu jkun. Niftakar qaghadt attenta biex nara x'reazzjoni kien ser ikun hemm.

Madanakollu missieri ha l-hobz, tbissem lil ommi u staqsieni kif mort dak in-nhar fl-iskola. Ma nafx x'kont ghidtlu, pero niftakar qed nara lil missieri qisu bhal issa jdellek il-jam u jiekol kull gidma minghajr ma lissen kelma wahda biss ta' tgergir.

Meta qomt mill-mejda nisma' lil ommi tiskuza ruhha ghal dak l-ikel fqir li poggietlu quddiemu, l-aktar ghal dak il-hobz mahruq. U ma nisa' qatt r-risposta li taha missieri: "Tinkwieta xejn pupa tieghi. jien nhobb il-hobz mahruq."

Qabel ma mort norqod, ersaqt lejn missieri biex naghtih il-bewsa tal-qabel l-irqad u f'widnejh fesfistlu: "Imma pa tassew ghogbok dak il-hobz mahruq?"

Wegibni: " Deborah, ommok ghaddiet jum ta' tahbit u xoghol iebes u tinsab ghajjiena mejta. Wara kollox bicca hobz mahruqa flok mixwija qatt ma ghamlet hsara lil hadd."

Kemm hu sabih li tiehu sabar b'dak kollu li tarah kuntrarju, ghaliex il-paci tibqa' issaltan fik u fin-nies ta' madwarek. In-nuqqas ta' sabar jew pacenzja jizra' l-imrar.

 

Make a free website with Yola