jesusandmary

 

 

HALLAST DEJNU KOLLU.

Polikarpju ghalaqlu zmienu fid-dinja. Kien jghix hajja dicenti u waqt l-agunija tieghu sab il-konfort fis-sagramenti.

Imma meta ghalaq ghajnejh darba ghal dejjem sab ruhu fuq siggu fl-awla ta’ tribunal. Ma damux wisq ma infethu l-bibien u minnhom bdew dehlin in-nies tal-haqq. Polikarpju lemah lil Imhallef diehel libes libsa twila bajda u warajh dahal l-avukat tieghu li kellu aspett gentili u mimli imhabba. Wiccu ma kienx gdid ghal Polikarpju.

Minn bieb iehor dahal l-akkuzatur tieghu, anglu li kellu deheru kerha u djabolika. L-imhallef qal: “Ejjew nibdew.”

L-akkuzatur ta’ Polikarpju beda’ u qal: “ Ismi hu Satana u qieghed hawn biex nuri lil qorti divina kemm dan ir-ragel ma huwa qaddis xejn kif qed jinghad fost l-angli ta’ faccata. Mela nesa’ dan Polkarpju kemm gideb biex jehles minn xi ghajta, kemm qal kontra l-proxxmu tieghu u kemm kiser tista’ tghid il-kmandamenti kollha tieghek O Divin Imhallef.”

U Satana sahansitra dahal fid-dettal tad-dnubiet ta’ Polkarpju. Minn naha tieghu Polikarpju tant staha li baxxa ghajnejh lejn l-art u ma lissinx kelma wahda. Xtaq l-art tibilghu.

“Iva qed narak u ninduna li tixtieq li l-art tibilghek. Ghandek ragun u dalwaqt taqtaghha xewqtek ghax hu l-infern li ser jibilghek ghal dejjem; tigi tghix mieghi,“ temm jakkuzah Satana.

Polikarpju fehem sewwa htijietu, izda ma kienx daqshekk hazin daqs kemm pingih ix-xitan ghax tul hajtu wera' sobgha ta’ dnubietu u ghamel hafna penitenza biex ipatti ghalihom. Kemm –il darba resaq lejn is-sagramenti, il-mezz ta’ qdusija.

Hawn resaq l-avukat ta’ Polikarpju lejn l-Imhallef u talab li jitkellem imma Satana oggezzjona bil-kbir. Kien bniedem li jgiblek rispett u qima. Polkarpju x’hin semghu jitkellem gholla harstu ‘ l fuq u tefa’ ghajnejh fuq din il-persuna docli. Gharaf li kien Kristu, l-Avukat tieghu.

“Ghaziz Missieri, Satana, missier il-gidba ghal darba qal sewwa li dan il-bniedem ghamel id-dnub f’hajtu u jisthoqqlu tassew li jigi kastigat ghal eternita’.” Gesu’ ha nifs ‘l gewwa u b’lehen aktar gholi kompla: “ Izda dan accettani bhala s-Salvatur tieghu. Gharaf htijietu u nidem minnhom u ghalhekk hu tieghi. Ma jistax ikun li Satana jahtfu billi jiena diga’ hallast dejnu bit-tbatijiet tieghi. Ismu hu miktub fil-ktieb tal-hajja ta’ dejjem ghax intelaq ghall-hniena tieghi li hija abbiss profond u bla qiegh.”

L-Imhallef refa’ il-martell tal-gustizzja u qal: “Dan hu hieles. Id-dejn ta’ htijietu diga imhallas kollu.” U habbat il-martell tlett darbiet biex juri l-validita’ tas-sentenza li minnha ma kienx hemm appell.

Waqt li Kristu pogga idejh fuq spallejn Polikarpju, iggwidah lejn il-ferh ta’ dejjem fejn kien hemm Marija, l-angli u l-qaddisin l-ohra jkantaw GLORJA.

Fi triqtu Polikarpju seta’ jisma’ lil Satana jindanna u b’lehen fahxi jghajjat b’mod fgat: “Ma naqtax qalbi, li jmiss ikun tieghi.”

DAWK KOLLHA LI JERSQU LEJN GESU’ U JITOLBUH BIEX JIRRAPREZENTHOM JIRCIEVU L-ISTESS VERDETT : DEJNHOM MHALLAS KOLLU. KRISTU QATT MA JITLEF KAWZA. MA TITHAJJARX TAFDA F’GESU?

Make a free website with Yola