jesusandmary

 

 

IC-CIRKU TA' FERH

 

 Jum wiehed, bidwi habbat fuq bieb ta’ kunvent.  Meta l-fra fetah il-bieb, ilbidwi urieh ghanqud gheneb ta’ gmiel liema bhalu u qallu: Fra, taf lil min irrid nirregala dan l-ghanqud gheneb hekk sabih?”


“Forsi lill-pirjol jew xi patri iehor tal-kunvent”


 
“Le”, wiegbu l- bidwi, “ Lil hadd hlief lilek.”


 
“Lili! ” stghageb il-fra, “Propju lili!”


 
“ Cert li lilek, ghax inti dejjem kont habib mieghi, u ghentni f’dak li kont nehtieg. Irrid li dan l-ghanqud gheneb joffrilek il-ferh meta inti tieklu”

 Il-fra hadu, irringrazzjah u mar qieghdu fuq il-mejda tac-cella tieghu.  Dam hafna ihares lejh u kemm il-darba gietu t-tentazzjoni li jaqta’ ghemba wahda u jduqha, izda dejjem irresisthiela. Fl-ahhar qal: “ Ghaliex ma ghandix niehdu lill-pirjol u dan jiehdu gost bir-rigal?” U hekk ghamel. Hadu lill-pirjol u tghidx kemm ferah bih.

 

 Il-pirjol ftakar li fil-kunvent kien hemm patri anzjan marid u qal bejnu u bejn ruhu: “ Dan l-gheneb niehdu lil patri Nikol. Zgur li meta jircevieh jiehu ftit tar-ruh” U hekk l-ghanqud gheneb ghamel vjagg iehor ghand patri Nikol.

 

 Patri Nikol ma damx igawdih wisq ghax rah li ikun ahjar li  kieku jaghtih rigal lil patri Nazju, il-kok. “Povru, dejjem igarrab is-shanat tal-forn li  hemm fil-kcina, jippreparalna l-ikel u mitt elf hag’ohra.”  U baghatuhulu.  Izda patri Nazju li minn natura tieghu, dak li kellu qatt ma kien tieghu ghax kien jaqsmu ma haddiehor irregalah lis-sagristan, l-aktar patri zaghzugh fil-kommunita’. Imma s-sagristan haseb li jkun xieraq li joffrih lil ajk ghaliex il-qatra kien ihobbha, u l-ghenba li minnha kien isir l-imbid ma kienx ser jichadha. U hekk l-ghanqud gheneb gera minn patri ghal iehor sa ma wasal ghand dak li rcevieh l-ewwel. U fejn kien ikun dan l-gheneb kien inissel il-ferh, ghax ghal dawk il-patrijiet li wiehed kien jaghti ahjar milli jircievi.


 
Kun inti li tibda taghmel xi haga.  Tistenniex lil haddiehor jaghmilha hu. Ibda dan ic-cirku ta’ ferh.  Kultant bizzejjed xrara zghira u timla lil madwarek fil-ferh. Bizzejjed xrara ta’  tjubija u tibdel id-dinja ta’ madwarek. Xerred l-imhabba madwar l-erbat irjihat tad-dinja.  Hu l-uniku rigal li joktor aktar ma inti taghti u taghti bil u mill-qalb. Aktar ma tonfoh imhabba aktar tirbah imhabba.  L-ghada ssib li ghandek aktar minn qabel.

Make a free website with Yola