ID-DAWL TAD-DINJA
Jum wiehed Madre Tereza lemhet mara abandunata qieghda tmut fit-triq. Gisimha kien qed jigi mikul minn nemel u grieden. Reghfitha u haditha gewwa l-isptar, izda l-isptar ma riedx jaccetaha.
Wara dan ir-rifjut hija garret lill-mara ghand l-ufficcjali tal-belt u talbithom li jiehdu azzjoni. Qamet diskussjoni bejnithom u fl-ahhar qaltilhom li jekk hadd ma hu ser jaghti kazha, ghal inqas xi hadd jathiha kenn fejn hija tkun tista’ iddur biha u b’ohrajn bhala. Biex jehilsu minnha l-ufficcjal tal-belt hadha go kenn abbandunat li fiz-zmien kien jintuza mill-pellegrini Hindu. Hekk fis-sena 1952 Madre Tereza tat bidu ghal din l-opra ta’ karita’ mal-proxxmu.
Malcolm Muggeridge hekk jitkellem fuqha: Jiena midjun hafna lejn Madre Tereza. Hija wrietni t-triq tal-Kristjanezmu. Hija wrietni l-imhabba prattikata. Hija wrietni kif wiehed jista jibda’ mewga kbira li tinxtered mad-dinja kollha.
Il-Missjunarji tal-Karita’, l-ordni li waqqfet fis-sena 1952 kibret u xterdet mad-dinja kollha. Mal-kongregazzjoni taghha nibtet organizazzjoni ta’ l’fuq minn miljun ko-operaturi minn ‘l fuq 40 pajjiz.
Dan hu li Gesu’ kellu f’mohhu meta qal lid-dixxipli tieghu li huma kellhom ikunu dawl ghad-dinja. Dan id-dawl kellu jiddi quddiem il-bnedmin sabiex meta jaraw l-opri tajba taghkom ifahhru lill-Missier taghkom tas-sema