jesusandmary

 

 IL- BIBBJA SSALVA

Meta waslet l-ahbar li r-regiment tieghu kellu jiehu sehem f'azzjoni tat-tkixxif f'zona tahraq tal-gwerra, is-suldat Jeremy hass tkexkixa bard ma' gismu. Hu kien ra bosta drabi hafna minn shabu lura fil-kamp intertqin, sfigurati u mmankati wara li jkunu hadu sehem f'azzjoni kontra l-ghadu.

Meta hu u shabu dahlu ‘l gewwa fil-foresta minghajr ma jafu kif u minn fejn, sabu ruhhom taht ix-xita ta' nar ghal gharrieda. Jeremy beza' izda t-tahrig li rcieva meta kien ghadu kadett ghenu biex irazzan il-biza u jrabbi l-kuragg biex jaffronta dik is-sitwazzjoni mwera. F'daqqa wahda hass ugigh jahraq f'sidru u dirajgh u l-ghajta li harget minn fommu gibdet l-attenzjoni ta' shabu li grew ghal hdejh biex jaghtuh l-ewwel ghajnuna. Wara dik l-offensiva qasira izda qalila, helicopter nizel fil-post miftiehem u gabar il-hajjin u feruti li setghu jimxu. Dahhluh malajr fl-infermerija u dewwewh. Meta gie f'tieghu qalulu li l-bullit li laqtitu ma ghamlitlux hsara mortali ghaliex il-forza taghha tnaqqsitiha meta sabet quddiemha ktieb zghir tat-Testment il-Gdid li Jeremey kien igorr mieghu kullimkien fil-but tal-qmis.

Snin wara, meta Jeremey spiccalu s-servizz tal-militar, huwa ghadu jghozz dak il-ktieb mcappas bid-demm b'toqba fin-nofs. Jeremy jemmen li dak il-ktieb salvalu hajtu.

Il-Bibbja jew il-Kelma t'Alla ghadha ukoll tista ssalvana. Anzi dak hu l-iskop ewlieni taghha. L-Iskrittura tghidilna li ghandha tkun ghalina passi ghar-riglejna il-kelma t'Alla. Hafna drabi l-bniedem jisma' il-kelma t'Alla jew jaqraha izda ftit li xejn jharisha jew aghar ma jimbidilx. "Huma jisimghu kliemek izda ma jharsuhx," qal Alla lil Ezekjiel. Is-sehem taghhom imbaghad ikun it-telfien ta' dejjem.

Ghal kuntrarju ta' dak li inghad fuq, min jisma' il-kelma t'Alla u jqieghdha fil-prattika, dan hu li jaghti glorja lil Mulej u sehemu jkun is-salvazzjoni tieghu. Wiehed ghandu jiehu bis-serjeta' it-twiddiba ta' Kristu li qalilna: "Mhux min jghidli Sinjur, Sinjur, izda min jaghmel il-volonta' ta' Missieri, dan jidhol fis-saltna tas-smewwiet."

Make a free website with Yola