jesusandmary

 

 

 IL-FIDI MHUX PAROLI

Fil-belt wasal ic-cirku. Sa minn tlett xhur qabel saret pubblicita' qawwija biex in-nies tattendi ghall-wirjiet ta' hila li kellhom jaghtu diversi artisti. In-nies mahkuma minn kurzita' u minn reklam tajjeb li bdiet taghmel wara l-ewwel rappresentazzjonijiet, kienet tiffolla biex takkwista biljetti fuq quddiem nett halli ma titlef ebda mument minn dak li jkun qed jigri.

L-artisti tac-cirku kienu precizi u ezatti fl-esekuzzjonijiet taghhom, izda wahda mill-wirjiet li kienet tentuzjazma lill-pubbliku kienet ta' l-artist li jdawwar mieghu sriep, u jiggieled ma' l-ors, u jordna lil iljuni tal-bahar jaghmlu dak li jrid hu. Qabel jibda l-att tieghu huwa kien jordna lin-nies biex waqt dak li jkun qed jaghmel kellhom izommu skiet perfett u jwiegbu ghall-mistoqsijiet tieghu u jcapcu meta jitlobhom hu biss. Lejn l-ahhar ta' l-att tieghu hu kellu jaghmel bicca xoghol li kienet issahhar lil kull min kien jaraha. Mara zaghzugha kienet tohrog igorr kaxxa kbira fuq ir-roti. Kienet tidher li fiha kien hemm xi haga tqila ghax biex timbuttha kienet tuza hafna sahha. Malli l-artist fetah l-ghatu dlonk hareg kukkudril ta' daqs medju. Permezz ta' qazba huwa mexxih tul il-palk kollu. Imbaghad tbaxxa fuq irkubtejh melsu tnejn u l-kukkudrill baqa' ipnotizzat b'halqu miftuh ghall-hin twil, tista tghid ghal kemm ried l-artist. Hekk jaghmel b'kukkudrill iehor, imma din id-darba ta' daqs kbir.

In-nies zammet in-nifs meta dan pogga rasu go halq il-kukkudrill minghajr ma' l-annimal gidmu.

"Tahsbu li jekk inpoggi rasi f'halq il-kukkudrill il-kbir jigrili xi haga?"

"Le," werzqet il-folla filwaqt li capcpet meta ratu jqieghed rasu go halqu taht dawk is-snien jaqtghu daqs il-hadid imsinn.

Imbaghad l-artist ghamel sinjal biex in-nies tieqaf u talabhom hekk: " Jitla' xi hadd minnkom jitla' fuq il-palk biex iqieghed rasu f'halq il-kukkudrill." Imma filwaqt li fil-platea waqa' skiet kbir, hadd ma thajjar jew ipprezenta ruhu biex jaghmel kif talab l-artist. Kulhadd beza' jqieghed rasu taht mannara.

Fil-hajja taghna hekk jigrilna. Nemmnu izda nibzghu nistqarru dak li nemmnu quddiem l-ohrajn. Ir-rispett uman jirbah fuq il-fidi taghna u naslu nitilfu naghmlu hafna gid ma' hutna l-bnedmin. Niftakru li Kristu widdibna li " min jisthi jistqarrni quddiem il-bnedmin jiena nisthi nistqarru quddiem Alla."

Make a free website with Yola