jesusandmary

 

 

IL-GIZIRANA


Jennifer resqet fuq ommha u b’fommha qrib widnejha qalitliha: “ Mama tista’ tixtrili dawk il-perli bojod fil-kaxxa rosa...hemm arahom... kemm huma sbieh u jleqqu. Jekk jghogbok mama, jekk jghogbok.”

L-omm tefghet ghajnejha fuq il-kaxxa u fittxet biex tara kemm hu l-prezz. “Binti kwazi zewg dollari. Jekk tassew tridhom ixtrihom inti, gemma xi haga tal-flus. Ara, gimgha ohra hu jum twelidek u xi haga tal-flus tista’ talqa’ bhala rigal minghand in-nanniet.” 

Meta marret id-dar, fethet il-karus u sabet li kellha 17 il-centezmu. “Ftit wisq,” qalet bejnha u bejn ruhha. Kif qaltilha ommha, n-nanniet tawha flus bhala rigal ta’ gheluq sninha u sabet li kellha aktar minn bizzejjed biex tixtri dawk il-perli.

Dik il-gizirana kienet thobbha hafna. Kienet tilbisha biex tidher pulita u bihom kienet tmur kullimkien.  Kienet tnehhihom biss meta tinhasel ghaliex ommha qaltilha li bl-ilma, il-perli jbiddlu l-kulur taghhom.

Missierha kien ihobbha hafna u darba minnhom meta hadha biex torqod qalilha: “Imma inti tassew thobbni?” U Jennifer wegbithu: “Iva papa.” “Mela allura tini dik il-gizirana.” “Papa tista’ tiehu l-pupa.” “OK” wiegeb missierha. Sellmilha u hareg.

Gimgha wara l-istorja irrepetiet ruhha, imma din id-darba offrietlhu z-ziemel l-abjad li kien taha bhala rigal fil-Milied.

Ghaddew xi ljieli ohra u missierha staqsieha ghal darb’ohra jekk kienitx thobbhu. Meta wegbitu iva talabha l-perli mill-gdid u hija b’demgha ggelben minn haddejha tatu kaxxa u meta fetahha sab il-gizirana. 

Missierha b’id wahda ha l-gizirana u bl-id l-ohra dahhal idejh fil-but u hareg minnu kaxxa b’gizirana, din id-darba ta’ perli genwini. Kienu ghandu l-hin kollu, imma kien qed jistenna li bintu Jennifer tinfatam mit-tezor genwin taghha.


Hekk jaghmel Alla Missierna maghna. Ghandu hafna grazzji xi jxerred fuqna, imma kultant ikun jistenna li ahna ninfatmu minn dik il-haga li qalbna tkun marbuta maghha. Ghas-sagrifccju zghir taghna, Alla jkun generuz maghna. U ftakar li l-generozita’ ta’ Alla maghna tizboq bil-wisq dik taghna.


Make a free website with Yola