jesusandmary

IL-KURCIFISS

Ix-xwejjah eremita Bastjan ghadda jitlob quddiem kurcifiss espost ghall-qima tal-fidili fi knisja, fuq gholja fil-kwiet tal-kampanja. Il-kurcifiss kien maghruf bhala Kristu tal-Grazzji u quddiemu dejjem kien ikun hemm bosta fidili jitolbuh il-htigijiet taghhom.

Ix-xwejjah Bastjan nizel gharkubtejh u talab lil Gesu Kurcifiss hekk: “Mghallem irrid insofri mieghek.  Hallini nohodlok postok fuq is-salib.”

Qaghad jistenna risposta u f’mument li anqas kien jistenna Kristu wiegbu hekk: “ Naccetta, izda taht kundizzjoni wahda li jigri x’jigri inti dejjem izzomm is-silenzju.”

“Inweghdek Mulej.”

U saret il-bidla.

U dawk li gew biex joffru l-qima taghhom lill-Mulej ma ndunawx bil-bidla, sakemm f’mument minnhom......

Wasal sinjur li wara li talab, nesa’ jiehu l-borza tal-flus li kellu u hallieha fuq it-tarag ta’ l-artal. Bastjan kien qed jara kollox.  Ftit wara dahal wiehed fqir li ma setghax jemmen lil ghajnejh. Sab fortuna. Ha l-borza u telaq. Sebastjan ra dan kollu u baqa’ fommu sieket. Hekk kien ftiehem mal-Mulej.

Aktar tard, quddiemu gie zaghzugh li talab il-harsien lil-Mulej ghax kien ser jitlaq fuq vjagg twil fuq il-bahar. Imma ma setghax izzomm halqu maghluq meta ra s-sinjur jirritorna mill-gdid b’girja wahda u minghajr nifs  beda’ jghajjat lill-gwardji biex izommu iz-zaghzugh ghax kien seraqlu l-flus.

Bastjan spjega lil dawk prezenti kif graw il-fatti kollha. Imbaghad iz-zaghzugh telaq biex ma jitlifx il-vapur u s-sinjur erhilha biex ifittex lill-fqir.  Issa l-Mulej u Bastjan kienu jinsabu wahedhom u tghidx kemm inkorla ma’ Bastjan il-Mulej.

“Imma Mulej, stajt jien inhalli li ssir ingustizzja hekk kbira,” ipprotesta Bastjan.

“Inti ma tifhem xejn. Dak is-sinjur kien ser jikkommetti ngustizzja kbira b’dawk il-flus, il-fqir kellu bzonn kbir tal-flus, u z-zaghzugh kien isalva hajtu li kieku zammewh il-gwardji ghaliex f’dan il-hin il-vapur li fuqu qieghed jinsab jitbandal fuq mewg qalil.”


Kemm minna nippretendu li nafu aktar minn Alla, anzi nfasslu pjani u rridu li dawn jiehdu post il-pjani ta’ Alla. ?

Kemm-il darba ngergru kontra d-disposizzjonijiet divini, bhallikieku rridu nkun ahna li mmexxu flok Alla. ?

Ejjew dejjem imbaxxu rasna ghall-volonta’ ta’ Alla u meta xi haga tigi kuntrarju ghal dak li nkunu hejjejna nghidu bhal Gob: “Alla tani, Alla hadli, ikun mbierek l-isem imqaddes tieghu.


Make a free website with Yola