jesusandmary

 

 IL-PITTURA

Ragel sinjur u ibnu kienu jhobbu jikkollezzjonaw xoghlijiet rari ta’ l-arti. Imdendla mal-hitan tad-dar taghhom kellhom diversi pitturi minn Picasso sa Raffael. Spiss kienu joqghodu quddiemhom u jammiraw dan ix-xoghol kbir ta’ l-arti.

Jum wiehed l-iben gie imsejjah biex imur ma’ l-armata amerikana fil-gwerra tal-Vjetman. Kien bniedem kuraggjuz u miet waqt il-glied biex isalva habib tieghu. Meta missieru rcieva l-ahbar, beka’ hafna.

Xi xahar wara, ftit qabel il-Milied, ragel habbat il-bieb tad-dar tieghu. “Forsi ma tafnix, sinjur, imma jiena dak ir-ragel li ibnek salva. F’dak il-jum salva hafna nies u waqt li kien qed igorrni, tolqtu balla f’qalbu u miet instantanjament. Spiss kien jitkellem mieghi fuq l-imhabba li kellu lejn l-arti.” Iz-zaghzugh tah pakkett. “Ma inhiex xi artist kbir, imma nahseb li ibnek ried li inti tircievi dak il-pakkett.”

Meta l-missier fetah il-pakkett ra ritratt ta’ ibnu. “Tassew jixbhu. Napprezza hafna dan il-gest tieghek.” Meta offrielhu biex ihallsu, iz-zaghzugh ma riedx ghax qallu: “ Jiena qatt ma nista’ inhallas lura dak li ghamel ibnek ghalija. Hu rigal.”

Il-missier dendel il-pittura fl-aktar post prominent tad-dar. Kull darba li kienu jaghmluhu xi zjara kien jurihom ir-ritratt pittura ta’ ibnu qabel ma kien iddawwarhom il-kollezzjoni ta’ l-arti.

Il-missier miet xi ftit xhur wara.  Kien hemm irkant tal-pitturi kollha tieghu.  Hafna nies influwenti u sinjuri kbar marru biex jixtru l-pitturi. L-irkantatur beda’ bil-kwadru ta’ ibnu. “ Min ser joffri ghal dan il-kwadru ?”

Kien hemm silenzju kbir. Hadd ma kien jinteressah.  “Aqbez dak l-kwadru u ibda’ bl-ohrajn. Dak li jinteressawna,” qam wiehed jitkellem mill-udjenza.

Izda l-irkantatur ma tax kaz. “Min se joffri prezz? Nibdew 100 dollaru min ser joffri mija, mitejn? Hadd? Dan l-kwadru hu ta’ iben il-mejjet. Ejjew huduh.  Min ser jiehu lil Iben?”

Fl-ahhar instemghet vuci tghid: “ Naghtik 10 dollari ghall-pittura.” Kien bniedem li ma tantx seta’ jhallas. L-irkantatur ghajjat: “ Ghandna 10 dollari, min ser ihallas 20.?”

“Aghtihielu ghal ghaxar halli nehilsu u nibdew bis-serjeta’”, wiehed mill-migemgha ghajjat. L-irkantatur stenna ftit mumenti u habbat  il-martell. ”L-Iben mar ghal 10 dollari. Grazzi sinjuri ghal attenzjoni taghkom.” U qam biex jitlaq.

“Kif,” qalulu,” ghadna ma bdejniex u ser titlaq?”

“Ghax irrid nghidilkom u dan ma stajtx nghidulkom qabel, billi kont marbut bi ftehim  minn qabel.  Il-pittura ta’ l-Iben kellha timbiegh bl-irkant u min jixtri l-Iben jiehu il-pitturi kollha maghha. Ir-ragel li xtara l-Iben jiehu kollox.”

Xi haga simili grat madwar 2000 sena ilu. Alla tana lil Ibnu biex jifdina minn fuq salib. Bhal irkantatur il-messagg tieghu hu dan :” L-Iben, l-Iben, min ser jiehu l-Iben? Ghaliex min jiehu l-Iben jiehu kollox.”

Fi ftit kliem li jifhem kulhadd, min jaccetta lil Iben Alla f’hajtu, jiehu dak kollu li jwieghed: mahfra tad-dnubiet, wirt tal-genna, qdusija, beneficcji  etc etc. Aghmel mill-Iben ta’ Alla, Gesu’ Kristu, il-fulkru ta’ hajtek.


Make a free website with Yola